EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0290

Kawża C-290/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Trnave, is-Slovakkja) – RN vs Home Credit Slovakia a.s.. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2008/48/KE – Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur – Artikolu 10(2) – Informazzjoni li għandha tissemma’ fil-kuntratti ta’ kreditu – Rata ta’ imposta perċentwali fis-sena – Assenza ta’ indikazzjoni ta’ perċentwali preċiża ta’ din ir-rata – Rata espressa permezz ta’ firxa ta’ bejn 21.5 % u 22.4 %)

ĠU C 68, 2.3.2020, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Trnave, is-Slovakkja) – RN vs Home Credit Slovakia a.s..

(Kawża C-290/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2008/48/KE - Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur - Artikolu 10(2) - Informazzjoni li għandha tissemma’ fil-kuntratti ta’ kreditu - Rata ta’ imposta perċentwali fis-sena - Assenza ta’ indikazzjoni ta’ perċentwali preċiża ta’ din ir-rata - Rata espressa permezz ta’ firxa ta’ bejn 21.5 % u 22.4 %)

(2020/C 68/13)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Trnave

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: RN

Konvenuta: Home Credit Slovakia a.s.

Dispożittiv

L-Artikolu 10(2)(g) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/90/UE tal-14 ta’ Novembru 2011 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li, fi ftehim ta’ kreditu għall-konsum, ir-rata ta’ imposta perċentwali fis-sena tkun espressa mhux b’rata unika, iżda b’medda li tirreferi għal rata minima u għal rata massima.


(1)  ĠU C 213, 24.6.2019.


Top