EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0465

Kawża C-465/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tad-19 ta' Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato, l-Italja) – AV, BU vs Comune di Bernareggio (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà ta’ stabbiliment – Trasferiment ta’ spiżerija wara proċedura ta’ sejħa għal offerti – Leġiżlazzjoni nazzjonali – Dritt ta’ prelazzjoni favur l-impjegati ta’ spiżerija trasferita)

ĠU C 68, 2.3.2020, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tad-19 ta' Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato, l-Italja) – AV, BU vs Comune di Bernareggio

(Kawża C-465/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Trasferiment ta’ spiżerija wara proċedura ta’ sejħa għal offerti - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Dritt ta’ prelazzjoni favur l-impjegati ta’ spiżerija trasferita)

(2020/C 68/09)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AV, BU

Konvenuta: Comune di Bernareggio

fil-preżenza ta’: CT

Dispożittiv

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi miżura nazzjonali li tagħti dritt ta’ prelazzjoni inkundizzjonata favur spiżjara impjegati ta’ spiżerija komunali fil-każ ta’ trasferiment ta’ din tal-aħħar permezz ta’ sejħa għal offerti.


(1)  ĠU C 399, 5.11.2018.


Top