Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020M9408

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9408 — Assa Abloy/Agta Record) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 16/05

    PUB/2020/9

    ĠU C 16, 17.1.2020, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.1.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 16/47


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.9408 — Assa Abloy/Agta Record)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2020/C 16/05)

    1.   

    Fid-9 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Assa Abloy AB (publ) (l-Iżvezja, “Assa Abloy”),

    Agta Record ag (l-Iżvizzera, “Agta Record”).

    Assa Abloy takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Agta Record kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Assa Abloy: manifattura u provvista ta’ bibien pedonali awtomatiċi, bibien industrijali, serraturi, sensuri u sistemi u komponenti għall-kontroll tal-aċċess, kif ukoll il-provvista ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ għal bibien pedonali awtomatiċi u bibien industrijali,

    Agta Record: manifattura u provvista ta’ bibien pedonali awtomatiċi u bibien industrijali, kif ukoll il-provvista ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ għal bibien pedonali awtomatiċi u bibien industrijali.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.9408 — Assa Abloy/Agta Record

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks+32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ara r-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top