Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TB0660

    Kawża T-660/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2019 — VodafoneZiggo Group vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Komunikazzjonijiet elettroniċi — Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE — Provvista bl-ingrossa ta’ aċċess fiss — Saħħa konġunta sinjifikattiva fis-suq — Obbligi regolatorji speċifiċi imposti fuq l-operaturi — Abbozz ta’ miżuri mqiegħed għad-dispożizzjoni mill-awtorità regolatorja nazzjonali — Kummenti tal-Kummissjoni — Assenza ta’ ftuħ tat-tieni fażi tal proċedura — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Artikolu 130 tar-Regoli tal Proċedura — Inammissibbiltà”)

    ĠU C 328, 30.9.2019, p. 54–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.9.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 328/54


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2019 — VodafoneZiggo Group vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-660/18) (1)

    (“Rikors għal annullament - Komunikazzjonijiet elettroniċi - Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE - Provvista bl-ingrossa ta’ aċċess fiss - Saħħa konġunta sinjifikattiva fis-suq - Obbligi regolatorji speċifiċi imposti fuq l-operaturi - Abbozz ta’ miżuri mqiegħed għad-dispożizzjoni mill-awtorità regolatorja nazzjonali - Kummenti tal-Kummissjoni - Assenza ta’ ftuħ tat-tieni fażi tal proċedura - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Artikolu 130 tar-Regoli tal Proċedura - Inammissibbiltà”)

    (2019/C 328/61)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: VodafoneZiggo Group BV (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: W. Knibbeler u A. Pliego Selie, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u L. Nicolae, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tat-30 ta’ Awwissu 2018 mibgħuta mill-Kummissjoni lill-Autoriteit Consument en Markt (l-Awtorità tal-Konsumaturi u tas-Swieq, il-Pajjiżi l-Baxxi), l-awtorità regolatorja Olandiża, li fiha l-kummenti magħmula mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi [netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi] (Direttiva Kwadru) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349), dwar abbozz ta’ miżuri mqiegħed għad-dispożizzjoni tagħha mill-imsemmija awtorità (Każijiet NL/2018/2099 u NL/2018/2100).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi kif ukoll ta’ T-Mobile Netherlands Holding BV, ta’ T-Mobile Netherlands BV, ta’ T-Mobile Thuis BV u ta’ Tele2 Nederland BV.

    3)

    VodafoneZiggo Group BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż marbuta mat-talbiet għal intervent.

    4)

    VodafoneZiggo Group, il-Kummissjoni, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi kif ukoll T-Mobile Netherlands Holding, T-Mobile Netherlands, T-Mobile Thuis u Tele2 Nederland għandhom kollha jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mat-talbiet għal intervent.


    (1)  ĠU C 4, 7.1.2019.


    Top