This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0530
Case C-530/19: Request for a preliminary ruling from the Oberster Gerichtshof (Austria) lodged on 11 July 2019 — NM, acting as insolvency administrator in the insolvency proceedings concerning the assets of NIKI Luftfahrt GmbH v ON
Kawża C-530/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fil-11 ta’ Lulju 2019 — NM, bħala amministratur tal-insolvenza fil-proċedura ta’ insolvenza ta’ NIKI Luftfahrt GmbH vs ON
Kawża C-530/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fil-11 ta’ Lulju 2019 — NM, bħala amministratur tal-insolvenza fil-proċedura ta’ insolvenza ta’ NIKI Luftfahrt GmbH vs ON
ĠU C 328, 30.9.2019, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 328/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fil-11 ta’ Lulju 2019 — NM, bħala amministratur tal-insolvenza fil-proċedura ta’ insolvenza ta’ NIKI Luftfahrt GmbH vs ON
(Kawża C-530/19)
(2019/C 328/28)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: NM, bħala amministratur tal-insolvenza fil-proċedura ta’ insolvenza ta’ NIKI Luftfahrt GmbH
Konvenut: ON
Domandi preliminari
1) |
Trasportatur tal-ajru li, bis-saħħa tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) (ir-Regolament dwar id-drittijiet tal-passiġġieri), jipprovdi assistenza fis-sens tal-Artikolu 9(1)(b) ta’ dan ir-regolament, għandu jinżamm responsabbli, fuq il-bażi ta’ dan ir-regolament, għad-danni li jirriżultaw minn korriment tal-passiġġier minħabba l-aġir negliġenti tal-impjegati tal-lukanda pprovduta mit-trasportatur tal-ajru? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:
|
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).