Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0526

    Kawża C-526/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-9 ta’ Lulju 2019 — Entoma SAS vs Ministre de l’Économie et des Finances, Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation

    ĠU C 328, 30.9.2019, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.9.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 328/24


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-9 ta’ Lulju 2019 — Entoma SAS vs Ministre de l’Économie et des Finances, Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation

    (Kawża C-526/19)

    (2019/C 328/26)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Conseil d’État

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Entoma SAS

    Konvenuti: Ministre de l’Économie et des Finances, Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 1(2)(e) tar-Regolament [(KE) Nru 258/97] tas-27 ta’ Jannar 1997 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jinkludi ikel magħmul minn annimali sħaħ intiż sabiex jiġi kkonsmat bħala tali jew dan japplika biss għal ingredjenti tal-ikel iżolati minn insetti?


    (1)  Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 18, p. 244, rettifika fil-ĠU 2012, L 68, p. 42).


    Top