This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0492
Case C-492/19: Request for a preliminary ruling from the Landesverwaltungsgericht Steiermark (Austria) lodged on 26 June 2019 — OK
Kawża C-492/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fis-26 ta’ Ġunju 2019 — OK
Kawża C-492/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fis-26 ta’ Ġunju 2019 — OK
ĠU C 328, 30.9.2019, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 328/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fis-26 ta’ Ġunju 2019 — OK
(Kawża C-492/19)
(2019/C 328/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesverwaltungsgericht Steiermark
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: OK
Awtorità konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld
Intervenjenti: Finanzpolizei
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 56 TFUE kif ukoll id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (1) u d-Direttiva 2014/67/UE (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ ksur tal-obbligi formali applikabbli fil-qasam tal-impjieg transkonfinali tal-manodopera, bħall-osservanza tal-obbligu li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni d-dokumenti salarjali jew in-nuqqas ta’ dikjarazzjoni lis-servizz ċentrali ta’ koordinazzjoni (notifiki liz-ZKO), multi għoljin ħafna, b’mod partikolari, multi minimi għoljin imposti kumulattivament għal kull ħaddiem ikkonċernat? |
2) |
Fil-każ li ma tingħatax risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:
|
3) |
L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ ta’ waqfien antiċipat u/jew ta’ interruzzjoni tal-attività temporanja fl-Istat ospitanti, tipprevedi obbligatorjament dikjarazzjoni ta’ modifika lis-servizz ċentrali ta’ koordinazzjoni? |
4) |
L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprovdix terminu adegwat għad-dikjarazzjoni tal-modifika? |
5) |
L-Artikolu 56 TFUE u l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li r-rekwiżit ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ dokumenti ma jiġix issodisfat jekk jiġu ppreżentati a posteriori dokumenti xierqa u rilevanti f’terminu adegwat? |
6) |
L-Artikolu 56 TFUE u l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-fornituri ta’ servizzi barranin għandhom jintalbu jippreżentaw dokumenti li l-portata tagħhom tmur lil hinn minn dawk tad-dokumenti ċċitati fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67, li la huma rilevanti u lanqas xierqa u li ma humiex ippreċiżati fid-dritt nazzjonali (pereżempju dikjarazzjonijiet tas-salarju, estratti tas-salarju, listi tal-paga, estratti fiskali, reġistrazzjoni u tneħħija ta’ reġistrazzjoni, assigurazzjoni tal-mard, listi ta’ notifika u ta’ allokazzjoni ta’ soprataxxa, dokumenti dwar il-klassifikazzjoni fl-iskeda salarjali, ċertifikati)? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431 u rettifika fil-ĠU 2015, L 16, p. 66.
(2) Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (ĠU 2014, L 159, p. 11).