Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018AR3595

    Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-kooperazzjoni Territorjali Ewropea

    COR 2018/03595

    ĠU C 86, 7.3.2019, p. 137–164 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 86/137

    Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-kooperazzjoni Territorjali Ewropea

    (2019/C 86/09)

    Relatur:

    Is-Sinjura MAUPERTUIS (FR/AE) Membru eżekuttiv tal-Awtorità Reġjonali ta’ Korsika

    Dokument ta’ referenza:

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern

    COM(2018) 374 – final

    I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

    Emenda 1

    Premessa 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    (1)

    L-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) jipprevedi li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”) huwa intiż sabiex jgħin sabiex jitnaqqsu l-iskwilibriji reġjonali prinċipali fl-Unjoni. Skont dak l-Artikolu u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 174 TFUE, il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis fid-diverġenzi bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta’ dawk ir-reġjuni li huma anqas favoriti, li fosthom għandha tingħata attenzjoni partikolari għal ċerti kategoriji ta’ reġjuni, fosthom ir- reġjuni transkonfinali elenkati b’mod espliċitu .

    (1)

    L-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) jipprevedi li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”) huwa intiż sabiex jgħin sabiex jitnaqqsu l-iskwilibriji reġjonali prinċipali fl-Unjoni. Skont dak l-Artikolu u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 174 TFUE, il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis fid-diverġenzi bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni varji u għat-tnaqqis fir-ritard tar-reġjuni li huma l-inqas favoriti, li fosthom għandha tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni rurali, liż-żoni milquta mit-tranżizzjoni industrijali, u lir- reġjuni li jsofru minn żvantaġġi naturali jew demografiċi serji u permanenti bħalma huma r-reġjuni tat-Tramuntana l-aktar imbiegħda li għandhom densità tal-popolazzjoni baxxa ħafna u r- reġjuni tal-gżejjer, dawk transkonfinali u tal-muntanji .

    Raġuni

    L-għan ewlieni tal-FEŻR fir-rigward tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea huwa li jsolvi l-problemi tar-reġjuni li huma inqas favoriti: il-proposta ma tispeċifikax il-karatteristiċi ta’ dawn iż-żoni b’ċarezza suffiċjenti.

    Emenda 2

    Premessa 3

    Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

    Emenda tal-KtR

    (3)

    Sabiex ikun appoġġat l-iżvilupp armonjuż tat-territorju tal-Unjoni f’livelli differenti, il-FEŻR jenħtieġ li jappoġġa l-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali il-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg).

    (3)

    Sabiex ikun appoġġat l-iżvilupp armonjuż tat-territorju tal-Unjoni f’livelli differenti, il-FEŻR jenħtieġ li jappoġġa l-kooperazzjoni transfruntiera fuq l-art u marittima , il-kooperazzjoni transnazzjonali il-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg). Huwa meħtieġ ukoll li jissaħħu l-prinċipji ta’ sħubija u tal-governanza f’diversi livelli.

    Raġuni

    Dawn iż-żewġ prinċipji tħassru fil-proposta għal Regolament.

    Emenda 3

    Premessa 4

    Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

    Emenda tal-KtR

    (4)

    Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jkollu l-għan li jittratta l-isfidi komuni identifikati b’mod konġunt fir-reġjuni tal-fruntieri, u li jisfrutta l-potenzjal ta’ tkabbir mhux sfruttat f’żoni tal-fruntieri kif jidher fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE” (1) (“Komunikazzjoni dwar ir-Reġjuni tal-Fruntieri”). Konsegwentement, il-komponent transfruntier għandu jkun limitat għal kooperazzjoni fil-fruntieri fuq l-art u l-kooperazzjoni transfruntiera fil-fruntieri marittimi għandha tkun integrata fil-komponent transnazzjonali.

    (4)

    Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera , li jkopri kemm il-fruntieri fuq l-art kif ukoll dawk marittimi, jenħtieġ li jkollu l-għan li jittratta l-isfidi komuni identifikati b’mod konġunt fir-reġjuni tal-fruntieri, u li jisfrutta l-potenzjal ta’ tkabbir mhux sfruttat f’żoni tal-fruntieri kif jidher fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE” (1) (“Komunikazzjoni dwar ir-Reġjuni tal-Fruntieri”).

    Raġuni

    Il-Kumitat tar-Reġjuni ma jaqbilx li l-kooperazzjoni transfruntiera marittima tgħaddi mill-komponent 1 “transfruntiera” għall-komponent 2 “transnazzjonali”. Għalkemm dan huwa akkumpanjat minn żieda fil-baġit transnazzjonali, hemm riskju għoli li l-kooperazzjoni transfruntiera marittima tonqos fil-kuntest usa’ tal-kooperazzjoni transnazzjonali. Jeħtieġ li jiġi propost li l-kooperazzjoni transfruntiera marittima u parti mill-baġit tagħha jerġgħu jiġu inklużi fil-komponent 1.

    Emenda 4

    Premessa 6

    Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

    Emenda tal-KtR

    (6)

    Il- komponent tal- kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li jkollu l-għan li jsaħħaħ i l-kooperazzjoni permezz ta’ azzjonijiet li jwasslu għal żvilupp territorjali integrat konness mal-prijoritajiet tal-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni , u jenħtieġ li jinkludi wkoll il-kooperazzjoni transfruntiera marittima . Il-kooperazzjoni transnazzjonali jenħtieġ li tkopri territorji akbar fuq l-art kontinentali tal-Unjoni, filwaqt li l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li tkopri territorji madwar il-baċini tal-baħar u tintegra l-kooperazzjoni transfruntiera fuq il-fruntieri marittimi matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 . Jenħtieġ li tingħata flessibbiltà massima biex titkompla l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera marittima preċedenti f’qafas ta’ kooperazzjoni marittima akbar, b’mod partikolari billi jkunu definiti t-territorju kopert, l-objettivi speċifiċi għal tali kooperazzjoni, ir-rekwiżiti għal proġett ta’ sħubija u t-twaqqif ta’ sottoprogrammi u kumitati ta’ tmexxija speċifiċi.

    (6)

    Il-kooperazzjoni fil-qasam transnazzjonali kif ukoll i l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li jkollhom l-għan li jsaħħu l-kooperazzjoni permezz ta’ azzjonijiet li jwasslu għal żvilupp territorjali integrat konness mal-prijoritajiet tal-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni. Il-kooperazzjoni transnazzjonali jenħtieġ li tkopri territorji akbar fuq l-art kontinentali tal-Unjoni, filwaqt li l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li tkopri territorji madwar il-baċini tal-baħar. Jenħtieġ li tingħata flessibbiltà massima biex titkompla l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera marittima ppjanata matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 f’qafas ta’ kooperazzjoni marittima akbar, b’mod partikolari billi jkunu definiti t-territorju kopert, l-objettivi speċifiċi għal tali kooperazzjoni, ir-rekwiżiti għal proġett ta’ sħubija u t-twaqqif ta’ sottoprogrammi u kumitati ta’ tmexxija speċifiċi.

    Raġuni

    Il-Kumitat tar-Reġjuni ma jaqbilx li l-kooperazzjoni transfruntiera marittima tgħaddi mill-komponent 1 “transfruntiera” għall-komponent 2 “transnazzjonali”. Għalkemm dan huwa akkumpanjat minn żieda fil-baġit transnazzjonali, hemm riskju għoli li l-kooperazzjoni transfruntiera marittima tonqos fil-kuntest usa’ tal-kooperazzjoni transnazzjonali. Jeħtieġ li jiġi propost li l-kooperazzjoni transfruntiera marittima u parti mill-baġit tagħha jerġgħu jiġu inklużi fil-komponent 1.

    Emenda 5

    Premessa 8

    Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

    Emenda tal-KtR

    (8)

    Fuq il-bażi tal-esperjenza bil-programmi ta’ kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas ta’ Interreg u n-nuqqas ta’ tali kooperazzjoni fi programmi fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, il-komponent tal-kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jiffoka b’mod aktar speċifiku fuq it-tisħiħ tal-effettività tal-politika ta’ koeżjoni. Dan il-komponent għalhekk jenħtieġ li jkun limitat għal żewġ programmi, wieħed li jippermetti kull tip ta’ esperjenza, approċċi innovattivi u bini tal-kapaċità għal programmi fil-qafas taż-żewġ miri u għall-promozzjoni ta’ raggruppamenti Ewropej ta’ kooperazzjoni territorjali (“REKT”) stabbiliti jew li għad iridu jiġu stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [24], u  ieħor li jtejjeb l-analiżi tax-xejriet ta’ żvilupp.

    (8)

    Fuq il-bażi tal-esperjenza bil-programmi ta’ kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas ta’ Interreg u n-nuqqas ta’ tali kooperazzjoni fi programmi fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, il-komponent tal-kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jiffoka b’mod aktar speċifiku fuq it-tisħiħ tal-effettività tal-politika ta’ koeżjoni. Dan il-komponent għandu jkompli jiffinanzja kull tip ta’ esperjenza, approċċi innovattivi u bini tal-kapaċità għal programmi fil-qafas taż-żewġ miri u għall-promozzjoni ta’ raggruppamenti Ewropej ta’ kooperazzjoni territorjali (“REKT”) stabbiliti jew li għad iridu jiġu stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [24] u  jkompli jappoġġja u jippromovi l- analiżi tax-xejriet ta’ żvilupp.

    Il-kooperazzjoni bbażata fuq il-proġett fl-Unjoni kollha jenħtieġ li tiġi integrata fil-komponent il-ġdid dwar l- investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni u marbuta mill-qrib mal-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli”[25], b’mod partikolari biex jiġu appoġġati l-pjattaformi ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti tematiċi dwar oqsma bħall-enerġija, l-immodernizzar tal-industrija jew il-qasam agroalimentari . Fl-aħħar nett, l-iżvilupp territorjali integrat li jiffoka fuq żoni urbani funzjonali jew żoni urbani jenħtieġ li jkun ikkonċentrat fil-programmi taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir u fi strument wieħed li jakkumpanja, l-“Inizjattiva Urbana Ewropea”. Iż-żewġ programmi fil-qafas tal-komponent tal-kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jkopru l-Unjoni kollha u jenħtieġ li jkunu miftuħa wkoll għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi.

    Il-kooperazzjoni bbażata fuq il-proġett fl-Unjoni kollha għandha tkompli tiffaċilita l-kooperazzjoni interreġjonali bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali sabiex jinstabu soluzzjonijiet komuni li jippromovu l-politika ta’ koeżjoni u l-bini ta’ sħubijiet sostenibbli. Għaldaqstant għandhom jinżammu l-programmi eżistenti, b’mod partikolari l-promozzjoni tal-kooperazzjoni għal kull proġett.

    L- investimenti interreġjonali l-ġodda fl-innovazzjoni ser jintrabtu mill-qrib mal-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli”[25], b’mod partikolari biex jiġu appoġġati l-pjattaformi ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti tematiċi.

    Il-kooperazzjoni territorjali Ewropea għandha tkompli tappoġġja l-iżvilupp territorjali integrat fi ħdan il-komponent 4. Il- programmi fil-qafas tal-komponent tal-kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jkopru l-Unjoni kollha u jenħtieġ li jkunu miftuħa wkoll għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi.

    Raġuni

    Il-Kumitat tar-Reġjuni huwa favur li l-attivitajiet kollha ta’ kooperazzjoni interreġjonali attwali jinżammu fil-komponent 4, billi tiżdied il-kooperazzjoni dwar proġetti ta’ żvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi, l-iskalar u t-trasferibbiltà għal diversi reġjuni milqutin mill-istess żvantaġġ strutturali.

    Il-KTE permezz tal-komponent 4 tagħha għandha tkompli tappoġġja l-iżvilupp territorjali integrat inkluż fil-komponent 4, għall-kuntrarju tal-proposta tal-Kummissjoni li tħalli din l-opportunità biss għall-“Inizjattiva Urbana Ewropea” prevista fir-Regolament dwar il-FEŻR.

    Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħolqien tal-inizjattiva ġdida għall-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali, li tkompli fuq l-inizjattiva Vanguard, li primarjament ser tindirizza reġjuni akbar, b’potenzjal akbar għall-iżvilupp u kapaċitajiet tekniċi u ekonomiċi akbar minn ħafna reġjuni Ewropej.

    Emenda 6

    Premessa ġdida wara Premessa 24

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    (25)

    Bil-għan li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u r-reġjuni għandhom jikkollaboraw mill-qrib biex jiġu ssemplifikati l-ġestjoni u n-notifika tal-għajnuna mill-Istat. Għandu jiġi eżaminat ukoll jekk il-miżuri fil-qasam tal-kooperazzjoni interreġjonali jistgħu għall-inqas, b’mod ġenerali, jiġu eżentati mil-leġislazzjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat.

    Raġuni

    Il-proċess ta’ semplifikazzjoni tal-ġestjoni tal-fondi li nbeda f’dawn l-aħħar snin u li laħaq il-quċċata tiegħu fil-proposti għal regolamenti ġodda għandu jintuża fil-fażi ta’ programmazzjoni u ta’ ġestjoni biex tinkiseb ġestjoni aktar sempliċi tal-fondi.

    Emenda 7

    Premessa ġdida wara Premessa 35

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    (36)

    Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (KTE) kienet waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE għal ħafna snin. Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-għajnuna reġjonali għall-investimenti minn intrapriżi ta’ kull daqs huma wkoll inklużi fil-linji gwida 2014-2020 dwar l-għajnuna reġjonali u fit-taqsima dwar l-għajnuna reġjonali tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa. Minħabba li l-għajnuna għall-KTE tkun kompatibbli mas-suq uniku, din għandha tiġi eskluża mir-rekwiżit ta’ notifika skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

    Raġuni

    Il-kooperazzjoni territorjali ssaħħaħ is-suq uniku. Li jitneħħew kompletament ir-rekwiżiti ta’ rappurtar li għandhom jintalbu għal ċerti tipi ta’ għajnuna mill-Istat għandu jgħin is-semplifikazzjoni.

    Emenda 8

    Artikolu 1(1)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Artikolu 1

    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

    Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

    1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) bl-għan li titrawwem il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-Unjoni u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi kontigwi, pajjiżi sħab, territorji oħra jew pajjiżi u territorji extra-Ewropej (“PTEE”) rispettivament.

    1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) bl-għan li titrawwem il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-Unjoni u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi kontigwi, pajjiżi sħab, territorji oħra jew pajjiżi u territorji extra-Ewropej (“PTEE”) rispettivament , u grupp ta’ pajjiżi terzi maqgħudin fi ħdan organizzazzjoni reġjonali .

    Raġuni

    Ir-reġjuni l-aktar imbiegħda, li jinsabu ’l bogħod mill-Ewropa kontinentali, iżommu rabtiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet reġjonali; il-kooperazzjoni mhijiex biss ma’ pajjiżi ġirien.

    Emenda 9

    Artikolu 2

    Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

    Emenda tal-KtR

    Artikolu 2

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Definizzjonijiet

    1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu [2] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid]. Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

    1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu [2] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid]. Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

    1.

    “benefiċjarju IPA” tfisser pajjiż jew territorju elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) [IPA III];

    1.

    “benefiċjarju IPA” tfisser pajjiż jew territorju elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) [IPA III];

    2.

    “pajjiż terz” tfisser pajjiż li mhux Stat Membru tal-Unjoni u li ma jirċevix appoġġ minn fondi Interreg;

    2.

    “pajjiż terz” tfisser pajjiż li mhux Stat Membru tal-Unjoni u li ma jirċevix appoġġ minn fondi Interreg;

    3.

    “pajjiż sieħeb” tfisser benefiċjarju tal-IPA jew pajjiż jew territorju kopert miż-“żona ġeografika tal-Viċinat” elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) [NDICI] u l-Federazzjoni Russa, u li jirċievi appoġġ minn strumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni;

    4.

    “entità legali transfruntiera” tfisser entità legali stabbilita skont il-liġijiet ta’ wieħed mill-pajjiżi parteċipanti fi programm Interreg bil-kundizzjoni li din titwaqqaf minn awtoritajiet territorjali jew korpi oħra minn tal-anqas żewġ pajjiżi parteċipanti.

    4.

    “entità legali transfruntiera” tfisser entità legali , inkluż Ewroreġjun jew assoċjazzjoni oħra ta’ diversi awtoritajiet reġjonali jew lokali, stabbilita skont il-liġijiet ta’ wieħed mill-pajjiżi parteċipanti fi programm Interreg bil-kundizzjoni li din titwaqqaf minn awtoritajiet territorjali jew korpi oħra minn tal-anqas żewġ pajjiżi parteċipanti.

    2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, fejn id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] jirreferu għal “Stat Membru”, din għandha tiġi interpretata li tfisser “l-Istat Membru li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni” u meta d-dispożizzjonijiet jirreferu għal “Kull Stat Membru” jew “Stati Membri”, din għandha tiġi interpretata li tfisser “l-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE li jipparteċipaw fi programm Interreg partikolari”.

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, meta d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] jirreferu għal “il-Fondi” kif elenkati fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament, jew il-“FEŻR”, din għandha tiġi interpretata li tfisser li jkopru wkoll l-istrument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni rispettiv.

    Hemm bżonn li jiġu inklużi l-Ewroreġjuni, flimkien ma assoċjazzjonijiet ta’ awtoritajiet diversi reġjonali jew lokali.

    Emenda 10

    Artikolu 3

    Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

    Emenda tal-KtR

    Artikolu 3

    Artikolu 3

    Komponenti tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg)

    Komponenti tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg)

    Skont il-mira tal-kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg), il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jappoġġaw il-komponenti li ġejjin:

    Skont il-mira tal-kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg), il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jappoġġaw il-komponenti li ġejjin:

    1.

    il-kooperazzjoni transfruntiera bejn reġjuni kontigwi għall-promozzjoni tal-iżvilupp reġjonali integrat (il-komponent 1):

    1.

    il-kooperazzjoni transfruntiera fuq l-art u marittima bejn reġjuni tal-fruntieri għall-promozzjoni tal-iżvilupp reġjonali integrat (il-komponent 1):

    (a)

    il-kooperazzjoni transfruntiera interna bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art li jmissu ma’ żewġ Stati Membri jew aktar jew bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art li jmissu ma’ tal-anqas Stat Membru wieħed u pajjiż terz wieħed jew aktar elenkati fl-Artikolu 4(3); jew

    (a)

    il-kooperazzjoni transfruntiera interna bejn reġjuni tal-fruntieri ta’ żewġ Stati Membri jew aktar jew bejn reġjuni tal-fruntieri ta’ tal-anqas Stat Membru wieħed u pajjiż terz wieħed jew aktar elenkati fl-Artikolu 4(3); jew

    (b)

    il-kooperazzjoni transfruntiera esterna, bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art li jmissu ma’ tal-anqas Stat Membru wieħed u ma’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

    (b)

    il-kooperazzjoni transfruntiera esterna, bejn reġjuni tal-fruntieri ta’ tal-anqas Stat Membru wieħed u ma’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

    (i)

    benefiċjarji tal-IPA; jew

    (ii)

    pajjiżi sħab appoġġati mill-NDICI;

    (iii)

    il-Federazzjoni Russa, biex tkun permesa l-parteċipazzjoni tagħha f’kooperazzjoni transfruntiera appoġġata wkoll mill-NDICI;

    (i)

    benefiċjarji tal-IPA; jew

    (ii)

    pajjiżi sħab appoġġati mill-NDICI;

    (iii)

    il-Federazzjoni Russa, biex tkun permesa l-parteċipazzjoni tagħha f’kooperazzjoni transfruntiera appoġġata wkoll mill-NDICI;

    2.

    il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima fuq territorji transnazzjonali akbar jew madwar il-baċini tal-baħar, li tinvolvi sħab tal-programm nazzjonali, reġjonali u lokali fi Stati Membri, pajjiżi terzi u pajjiżi sħab u fi Greenland, bil-għan li jintlaħaq livell ogħla ta’ integrazzjoni territorjali (“il-komponent 2”; meta ssir referenza biss għall-kooperazzjoni transnazzjonali: “il-komponent 2 A”; meta ssir referenza biss għall-kooperazzjoni marittima: “il-komponent 2B”) ;

    2.

    il-kooperazzjoni transnazzjonali fuq territorji transnazzjonali akbar jew madwar il-baċiri tal-baħar, li tinvolvi sħab tal-programm nazzjonali, reġjonali u lokali fi Stati Membri, pajjiżi terzi u pajjiżi sħab u fi Greenland, bil-għan li jintlaħaq livell ogħla ta’ integrazzjoni territorjali (“il-komponent 2”);

    3.

    il-kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi bejniethom u ma’ pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab jew PTEE tal-viċinat, jew diversi minnhom, biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni reġjonali tagħhom fil-viċinat tagħhom (“il-komponent 3”);

    3.

    il-kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi bejniethom u ma’ pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab jew PTEE tal-viċinat, jew grupp ta’ pajiżi terzi fi ħdan organizzazzjoni reġjonali, jew diversi minnhom, biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni reġjonali tagħhom fil-viċinat tagħhom (“il-komponent 3”);

    4.

    il-kooperazzjoni interreġjonali sabiex tissaħħaħ l-effettività tal-politika ta’ koeżjoni (“il-komponent 4”) bil-promozzjoni ta’:

    4.

    il-kooperazzjoni interreġjonali sabiex tissaħħaħ l-effettività tal-politika ta’ koeżjoni (“il-komponent 4”) bil-promozzjoni ta’:

    (a)

    l-iskambju ta’ esperjenzi, approċċi innovattivi u l-bini tal-kapaċità fir-rigward ta’:

    (a)

    l-iskambju ta’ esperjenzi, approċċi innovattivi u l-bini tal-kapaċità fir-rigward ta’:

    (i)

    l-implimentazzjoni ta’ programmi Interreg;

    (i)

    l-implimentazzjoni ta’ programmi Interreg;

    (ii)

    l-implimentazzjoni ta’ programmi għall-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir, b’mod partikolari fir-rigward ta’ azzjonijiet interreġjonali u transnazzjonali ma’ benefiċjarji li jinsabu minn tal-anqas fi Stat Membru wieħed ieħor;

    (ii)

    l-iżvilupp tal-kapaċità fost l-imsieħba madwar l-Unjoni kollha b’rabta ma’:

    l-implimentazzjoni ta’ programmi għall-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir, b’mod partikolari fir-rigward ta’ azzjonijiet interreġjonali u transnazzjonali ma’ benefiċjarji li jinsabu minn tal-anqas fi Stat Membru wieħed ieħor;

    l-identifikazzjoni, it-tixrid u t-trasferiment ta’ prattika tajba fil-politiki ta’ żvilupp reġjonali u b’mod partikolari fil-programmi operazzjonali taħt l-għan tal-“Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi”;

    l-identifikazzjoni, it-tixrid u t-trasferiment ta’ prattika tajba b’rabta mal-iżvilupp urban sostenibbli, inkluż konnessjonijiet bejn żoni urbani u rurali;

    (iii)

    l-istabbiliment, il-funzjonament u l-użu ta’ raggruppamenti Ewropej ta’ kooperazzjoni territorjali (REKT);

    (iii)

    l-istabbiliment, il-funzjonament u l-użu ta’ raggruppamenti Ewropej ta’ kooperazzjoni territorjali (REKT);

    (b)

    l-analiżi tax-xejriet tal-iżvilupp relatati mal-għanijiet tal-koeżjoni territorjali.

    (b)

    l-analiżi tax-xejriet tal-iżvilupp relatati mal-għanijiet tal-koeżjoni territorjali.

    5.

    l-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali permezz tal-kummerċjalizzazzjoni u ż-żieda fi proġetti ta’ innovazzjoni interreġjonali bil-potenzjal li jħeġġu l-iżvilupp tal-katini ta’ valur Ewropej (“il-komponent 5”).

    Raġuni

    Il-KtR jaqbel li l-kooperazzjoni transfruntiera marittima tgħaddi lura għall-komponent 1 u li jissaħħu l-komponenti l-oħra. Huwa propost li jitħassru l-kliem “kontingwi” u “li jmissu ma’” fil-punt 1. Jekk jitqies li l-kooperazzjoni transkonfinali ser tkopri r-reġjuni tan-NUTS 3, dan jista’ jinterferixxi mal-ġeografija attwali ta’ xi programmi transkonfinali u ż-żoni tagħhom jitnaqqsu għar-reġjuni NUTS 3 li jmissu magħhom biss.

    Emenda 11

    Artikolu 4

    Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

    Emenda tal-KtR

    Artikolu 4

    Artikolu 4

    Kopertura ġeografika għall-kooperazzjoni transfruntiera

    Kopertura ġeografika għall-kooperazzjoni transfruntiera u marittima

    1.   Għall-kooperazzjoni transfruntiera, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu r-reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-Unjoni fuq il-fruntieri fuq l-art kollha interni u esterni ma’ pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab.

    1.   Għall-kooperazzjoni transfruntiera fuq l-art u marittima , ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu r-reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-Unjoni fuq il-fruntieri kollha interni u esterni ma’ pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab , mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe aġġustament meħtieġ biex jiġu żgurati l-koerenza u l-kontinwità tal-oqsma ta’ programmazzjoni ta’ kooperazzjoni stabbiliti għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 .

    2.   Ir-reġjuni fuq il-fruntieri marittimi li huma konnessi fuq il-baħar b’kollegament fiss għandhom ikunu appoġġati wkoll fil-qafas tal-kooperazzjoni transfruntiera.

    2.   Ir-reġjuni fuq il-fruntieri marittimi li huma konnessi b’rotot marittimi, ferrovjarji, bl-ajru u bit-triq għandhom ikunu appoġġati wkoll fil-qafas tal-kooperazzjoni transfruntiera.

    3.   Il-kooperazzjoni transfruntiera interna tal-programmi Interreg tista’ tkopri reġjuni fin-Norveġja, l-Iżvizzera u r-Renju Unit li huma ekwivalenti għal reġjuni tal-livell NUTS 3 kif ukoll il-Liechtenstein, Andorra u Monaco.

    3.   Il-kooperazzjoni transfruntiera interna tal-programmi Interreg tista’ tkopri reġjuni fin-Norveġja, l-Iżvizzera u r-Renju Unit li huma ekwivalenti għal reġjuni tal-livell NUTS 3 kif ukoll il-Liechtenstein, Andorra , San Marino u Monaco.

    4.    Għall-kooperazzjoni transfruntiera esterna, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-IPA III jew l-NDICI għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-pajjiż sieħeb rispettiv jew, fin-nuqqas ta’ klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti tal-fruntieri fuq l-art bejn l-Istati Membri kollha u pajjiżi sħab eliġibbli skont l-IPA III jew l-NDICI.

    4.     Fir-rigward tal-kooperazzjoni transfruntiera marittima għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, l-aġġustamenti għat-18-il programm ta’ kooperazzjoni transfruntiera li jeżistu għal dak il-perjodu ta’ programmazzjoni (Two Seas, Botnia-Atlantica, Baltiku Ċentrali, Estonja-Latvja, il-Kanal Ingliż, Guadeloupe-Martinique-OECE, Mayotte/Comores/Madagaskar, Ġermanja-Danimarka, Greċja-Ċipru, Greċja-Italja, Irlanda-Wales, Italja-Kroazja, Franza-Italja-Marittimo, Italja-Malta, Madeira-Azores-Kanarji, Irlanda ta’ Fuq-Irlanda-Skozja, Öresund-Kattegat-Skagerrak, Baltiku tan-Nofsinhar) ser isiru bi qbil mal-Istati, ir-reġjuni u l-awtoritajiet territorjali l-oħrajn ikkonċernati.

    5.    Għall-kooperazzjoni transfruntiera esterna, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-IPA III jew l-NDICI għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-pajjiż sieħeb rispettiv jew, fin-nuqqas ta’ klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti tal-fruntieri fuq l-art bejn l-Istati Membri kollha u pajjiżi sħab eliġibbli skont l-IPA III jew l-NDICI.

    Raġuni

    Il-KtR jaqbel li l-kooperazzjoni transfruntiera marittima tgħaddi lura għall-komponent 1. Il-KtR jipproponi wkoll li jitħassar il-kriterju arbitrarju tal-eżistenza ta’ pont sabiex tiġi implimentata l-kooperazzjoni transfruntiera marittima. Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, id-definizzjoni ta’ żoni ta’ kooperazzjoni transkonfinali għandha ssir b’konsultazzjoni mal-Istati Membri, ir-reġjuni u l-awtoritajiet kollettivi territorjali li huma kkonċernati biex jiġu żgurati l-kontinwità u l-koerenza mal-programmi eżistenti.

    Emenda 12

    Artikolu 7

    Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

    Emenda tal-KtR

    Artikolu 7

    Artikolu 7

    Kopertura ġeografika għall-kooperazzjoni interreġjonali u l-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni

    Kopertura ġeografika għall-kooperazzjoni interreġjonali

    1.   Għal kwalunkwe programm Interreg tal-komponent 4 jew għal investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni skont il-komponent 5 , it-territorju kollu tal-Unjoni għandu jiġi appoġġat mill-FEŻR.

    1.   Għal kwalunkwe programm Interreg tal-komponent 4, it-territorju kollu tal-Unjoni għandu jiġi appoġġat mill-FEŻR.

    2.   Il-programmi Interreg tal-komponent 4 jistgħu jkopru kompletament jew parti mill-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab, territorji jew PTEE oħra msemmija fl-Artikoli 4, 5 u 6, kemm jekk dawn ikunu jew ma jkunux appoġġati mill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni.

    Il-pajjiżi terzi jistgħu jikkontribwixxu għall-iffinanzjar tiegħu permezz ta’ dħul assenjat estern.

    Raġuni

    L-aspetti kollha ta’ investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali ser ikunu s-suġġett ta’ kapitolu speċifiku f’dan ir-Regolament. Din l-emenda tiċċara aktar il-fatt li l-pajjiżi terzi jistgħu jieħdu sehem fil-komponent 4 billi jikkontribwixxu għall-finanzjament tiegħu permezz ta’ dħul assenjat estern. Il-KtR huwa favur li tiġi inkluża l-kontribuzzjoni finanzjarja tar-Renju Unit permezz ta’ dħul assenjat estern fil-komponent 4 “interreġjonali” u l-komponent 5 “investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali” u t-tkomplija tal-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-pajjiżi terzi bl-istess mod.

    Emenda 13

    Artikolu 9

    Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

    Emenda tal-KtR

    Artikolu 9

    Artikolu 9

    Riżorsi tal-FEŻR għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg)

    Riżorsi tal-FEŻR għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg)

    1.     Ir-riżorsi tal-FEŻR għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea għandhom jammontaw għal EUR 8 430 000 000 tar- riżorsi globali disponibbli għall-impenn baġitarju mill-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021- 2027 u stabbiliti fl-Artikolu [102(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

    1.     3 % tar-riżorsi globali disponibbli għall-impenji baġitarji tal-Fondi għall-perjodu 2021-2027 (jiġifieri total ta’ EUR 10 000 000 000 ) ser jitnaqqsu mir-riżorsi globali disponibbli għall-impenn baġitarju mill-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021- 2027 u stabbiliti fl-Artikolu [104(7)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] sabiex jiġu ffinanzjati l-komponenti 1 sa 4 .

    2.   Ir-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati kif ġej:

    2.   Ir-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati kif ġej:

    (a)

    52,7  % (jiġifieri, total ta’ EUR 4  440 000 000 ) għall-kooperazzjoni transfruntiera;

    (a)

    72,3  % (jiġifieri, total ta’ EUR 7  236 000 000 ) għall-kooperazzjoni transfruntiera fuq l-art u marittima ;

    (b)

    31,4  % (jiġifieri, total ta’ EUR 2  649 900 000 ) għall-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima (il-komponent 2);

    (b)

    19,2  % (jiġifieri, total ta’ EUR 1  929 000 000 ) għall-kooperazzjoni transnazzjonali (il-komponent 2);

    (c)

    3,2  % (jiġifieri, total ta’ EUR 2 70 100 000 ) għall-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi (il-komponent 3);

    (c)

    2,9  % (jiġifieri, total ta’ EUR 2 72 000 000 ) għall-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi (il-komponent 3);

    (d)

    1,2  % (jiġifieri, total ta’ EUR 1 00 000 000 ) għall-kooperazzjoni interreġjonali (il-komponent 4);

    (d)

    5,6  % (jiġifieri, total ta’ EUR 5 63 000 000 ) għall-kooperazzjoni interreġjonali (il-komponent 4).

    (e)

    11,5  % (jiġifieri, total ta’ EUR 970 000 000 ) għall-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni (il-komponent 5);

    3.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lil kull Stat Membru s-sehem tiegħu tal-ammonti globali għall-komponenti 1, 2 u 3, maqsumin skont is-sena.

    3.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lil kull Stat Membru s-sehem tiegħu tal-ammonti globali għall-komponenti 1, 2 u 3, maqsumin skont is-sena.

    Id-daqs tal-popolazzjoni fir-reġjuni li ġejjin għandu jintuża bħala l-kriterju għat-tqassim skont l-Istat Membru:

    Id-daqs tal-popolazzjoni fir-reġjuni li ġejjin għandu jintuża bħala l-kriterju għat-tqassim skont l-Istat Membru:

    (a)

    ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 għall-komponent 1 u dawk ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 għall-komponent 2B elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 8(2);

    (a)

    ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 għall-komponent 1 elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 8(2);

    (b)

    ir-reġjuni tal-livell NUTS 2 għall-komponenti 2 A u 3.

    (b)

    ir-reġjuni tal-livell NUTS 2 għall-komponenti 2 u 3.

    4.   Kull Stat Membru jista’ jittrasferixxi sa 15 % tal-allokazzjoni finanzjarja tiegħu lil kull wieħed mill-komponenti 1, 2 u 3 minn wieħed minn dawn il-komponenti għal wieħed jew aktar mill-oħrajn.

    4.   Kull Stat Membru jista’ jittrasferixxi sa 15 % tal-allokazzjoni finanzjarja tiegħu lil kull wieħed mill-komponenti 1, 2 u 3 minn wieħed minn dawn il-komponenti għal wieħed jew aktar mill-oħrajn.

    Għall-programmi ta’ kooperazzjoni tranfruntiera u marittima li esperjenzaw tnaqqis tal-fondi allokati għall-perjodu 2021-2027, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jallokaw fondi tal-FEŻR mill-pakkett nazzjonali tagħhom sabiex jiżguraw li dawn il-programmi jkomplu jirċievu mill-inqas 2/3 tal-fondi allokati għall-perjodu 2014-2020.

    5.   Fuq il-bażi tal-ammonti kkomunikati skont il-paragrafu 3, kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni jekk u kif huwa uża l-opzjoni ta’ trasferiment prevista fil-paragrafu 4 u d-distribuzzjoni riżultanti tas-sehem tiegħu fost il-programmi Interreg li l-Istat Membru jipparteċipa fihom.

    5.   Fuq il-bażi tal-ammonti kkomunikati skont il-paragrafu 3, kull Stat Membru għandu , wara li jikkonsulta l-awtoritajiet lokali u reġjonali, jinforma lill-Kummissjoni jekk u kif huwa uża l-opzjoni ta’ trasferiment prevista fil-paragrafu 4 u d-distribuzzjoni riżultanti tas-sehem tiegħu fost il-programmi Interreg li l-Istat Membru jipparteċipa fihom.

    Raġuni

    Wara ż-żieda baġitarja proposta mir-rapporteurs CPR fl-Artikolu 104(7) tar-Regolament CPR (UE) il-ġdid, biex it-2,5 % tar-riżorsi globali disponibbli għall-impenji tal-baġit mill-Fondi jiżdiedu għal 3,3 % biex jiġu ffinanzjati l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni previsti f’dan ir-Regolament. Minn dawn it-3,3 % aħna nipproponu li jiġu allokati 3 % għall-attivitajiet tradizzjonali tal-KTE (jiġifieri l-komponenti 1, 2 u 4) u għall-komponent il-ġdid 3. Aħna nipproponu li nużaw it-tqassim eżistenti fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali, jiġifieri madwar 75 % għall-kooperazzjoni transfruntiera inkluża l-kooperazzjoni transfruntiera marittima, 20 % għall-kooperazzjoni transnazzjonali u madwar 5 % għal kooperazzjoni interreġjonali estiża.

    Iż-0,3 % li jifdal jiġu allokati għall-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali waqt li titqies in-natura speċifika ta’ din l-inizjattiva ġdida li fil-fehma tagħna jistħoqqilha kapitolu separat f’dan ir-Regolament.

    Emenda 14

    Artikolu 11

    Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

    Emenda tal-KtR

    Artikolu 11

    Artikolu 11

    Lista ta’ riżorsi tal-programm Interreg

    Lista ta’ riżorsi tal-programm Interreg

    1.   Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9(5), il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi lista tal-programmi Interreg kollha u tindika għal kull programm l-ammont globali tal-appoġġ totali tal-FEŻR u, fejn applikabbli, l-appoġġ totali minn strumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 63(2).

    2.   Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jinkludi wkoll lista tal-ammonti trasferiti skont l-Artikolu 9(5) mqassmin skont l-Istat Membru u minn strument finanzjarju estern tal-Unjoni.

    2.   Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jinkludi wkoll lista tal-ammonti trasferiti skont l-Artikolu 9(5) mqassmin skont l-Istat Membru u minn strument finanzjarju estern tal-Unjoni.

    3.     L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar kif l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-partijiet interessati l-oħrajn kienu involuti fl-iżvilupp tal-programm, b’referenza għall-Artikolu 6 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni dwar is-sħubija u l-governanza f’diversi livelli.

    Emenda 15

    Artikolu 13

    Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

    Emenda tal-KtR

    Artikolu 13

    Artikolu 13

    Rati ta’ kofinanzjament

    Rati ta’ kofinanzjament

    Ir-rata ta’ kofinanzjament fil-livell ta’ kull programm Interreg ma għandhiex tkun ogħla minn 70 %, sakemm, fir-rigward tal-programm Interreg transfruntier estern jew tal-komponent 3, perċentwali ogħla huwa ffissat fir- Regolamenti (UE) [IPA III], [NDICI] jew [OCTP] rispettivament jew fi kwalunkwe att adottat skontu.

    Ir-rata ta’ kofinanzjament fil-livell ta’ kull programm Interreg ma għandhiex tkun ogħla minn 85 %, b’mod partikolari fir-rigward tal-programm Interreg transfruntier estern jew tal-komponent 3, il-proġetti żgħar previsti fl-Artikoli 16 sa 26, ir- Regolamenti (UE) [IPA III], [NDICI] jew [OCTP] rispettivament jew fi kwalunkwe att adottat skontu.

    Raġuni

    Il-KtR jappella li tinżamm rata ta’ kofinanzjament ta’ 85 % għall-proġetti kollha, u mill-inqas għall-iżgħar proġetti interreġjonali u b’mod partikolari l-proġetti żgħar imniżżla fl-Artikoli 16 sa 26.

    Emenda 16

    Artikolu 14(4)

    Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

    Emenda tal-KtR

    4.   Skont il-komponenti 1, 2 u 3, il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni jistgħu jappoġġaw ukoll l-objettiv speċifiku ta’ Interreg “governanza aħjar ta’ Interreg”, b’mod partikolari permezz tal-azzjonijiet li ġejjin:

    fil-qafas tal-programmi Interreg tal-komponenti 1 u 2B :

    (a)

    fil-qafas tal-programmi Interreg tal-komponenti 1:

    (i)

    it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi, b’mod partikolari dawk inkarigati li jiġġestixxu territorju speċifiku, u tal-partijiet ikkonċernati;

    (i)

    it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi, b’mod partikolari dawk inkarigati li jiġġestixxu territorju speċifiku, u tal-partijiet ikkonċernati;

    (ii)

    it-tisħiħ ta’ amministrazzjoni pubblika effiċjenti permezz tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni legali u amministrattiva u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet, b’mod partikolari, bil-ħsieb li jiġu solvuti ostakli legali u ostakli oħrajn f’reġjuni tal-fruntieri;

    (ii)

    it-tisħiħ ta’ amministrazzjoni pubblika effiċjenti permezz tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni legali u amministrattiva u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet, b’mod partikolari, bil-ħsieb li jiġu solvuti ostakli legali u ostakli oħrajn f’reġjuni tal-fruntieri u tinbena l-fiduċja reċiproka, b’mod partikolari billi jiġu inkoraġġiti azzjonijiet interpersonali, ;

    (b)

    it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet ikkonċernati biex jiġu implimentati strateġiji makroreġjonali u strateġiji tal-baċini tal-baħar;

    (b)

    it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet ikkonċernati biex jiġu implimentati strateġiji makroreġjonali u strateġiji tal-baċini tal-baħar;

    (c)

    fil-qafas tal-programmi Interreg transfruntieri esterni u l-komponenti 2 u 3 appoġġati mill-fondi Interreg, minbarra l-punti (a) u (b): il-bini ta’ fiduċja reċiproka, b’mod partikolari billi jiġu inkoraġġiti azzjonijiet interpersonali, bit-tisħiħ ta’ demokrazija sostenibbli u bl-appoġġ tal-atturi tas-soċjetà ċivili u r-rwol tagħhom fil-proċessi ta’ riforma u ta’ tranżizzjonijiet demokratiċi;

    (c)

    fil-qafas tal-programmi Interreg transfruntieri esterni u l-komponenti 2 u 3 appoġġati mill-fondi Interreg, minbarra l-punti (a) u (b): il-bini ta’ fiduċja reċiproka, b’mod partikolari bit-tisħiħ ta’ demokrazija sostenibbli u bl-appoġġ tal-atturi tas-soċjetà ċivili u r-rwol tagħhom fil-proċessi ta’ riforma u ta’ tranżizzjonijiet demokratiċi;

    Raġuni

    Il-bini ta’ fiduċja reċiproka u t-tħeġġiġ ta’ proġetti interpersonali huma rilevanti mhux biss għall-kooperazzjoni transfruntiera esterna iżda wkoll għal dik interna u għandhom jiġu appoġġjati b’mod espliċitu.

    Emenda 17

    Artikolu 15

    Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

    Emenda tal-KtR

    Artikolu 15

    Artikolu 15

    Konċentrazzjoni tematika

    Konċentrazzjoni tematika

    1.    Tal-anqas 60 % tal-FEŻR u, fejn applikabbli, tal-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni allokati fil-qafas ta’ prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għal kull programm Interreg fil-qafas tal-komponenti 1, 2 u 3, għandhom ikunu allokati lil massimu ta’ tlieta mill-objettivi ta’ politika stabbiliti fl-Artikolu 4(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

    1.    Mhux aktar minn 60 % tal-FEŻR fil-livell nazzjonali u reġjonali u, fejn applikabbli, tal-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni allokati fil-qafas ta’ prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għal kull programm Interreg fil-qafas tal-komponenti 1, 2 u 3, għandhom ikunu allokati lil massimu ta’ tlieta mill-objettivi ta’ politika stabbiliti fl-Artikolu 4(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

    2.    Ħmistax fil-mija (15 %) addizzjonali tal-FEŻR u, fejn applikabbli, tal-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta’ prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għal kull programm Interreg fil-qafas tal-komponenti 1, 2 u 3, għandhom ikunu allokati lill-objettiv speċifiku għal Interreg “governanza aħjar ta’ Interreg” jew għall-objettiv speċifiku għal Interreg estern “Ewropa b’inqas periklu u aktar sigurtà”.

    2.    Mhux aktar minn ħmistax fil-mija (15 %) addizzjonali tal-FEŻR u, fejn applikabbli, tal-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta’ prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għal kull programm Interreg fil-qafas tal-komponenti 1, 2 u 3, jistgħu jkunu allokati lill-objettiv speċifiku għal Interreg “governanza aħjar ta’ Interreg” u /jew għall-objettiv speċifiku għal Interreg estern “Ewropa b’inqas periklu u aktar sigurtà”. Dan il-persentaġġ jista’ jkun ogħla mil-livell massimu ta’ 15 % fejn il-partijiet interessati għan-negozjar tal-programm jiddeċiedu li dan huwa meħtieġ.

    Il-proġetti taħt “governanza aħjar ta’ Interreg” jistgħu jkunu wkoll jibbenefikaw mill-finanzjament skont ir-Regolament (UE) 2018/XXX [li jistabbilixxi l-programm ta’ appoġġ għal riformi]. F’dak il-każ, ir-Regolament (UE) 2018/XXX ikun ir-regolament ewlieni.

    3.   Jekk programm Interreg tal-komponent 2 A jappoġġa strateġija makroreġjonali, it-total tal-FEŻR u, fejn applikabbli, it-total tal-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta’ prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għandu jkun programmat fuq l-objettivi ta’ dik l-istrateġija.

    3.   Jekk programm Interreg tal-komponent 2 jappoġġa strateġija makroreġjonali, it-total tal-FEŻR u, fejn applikabbli, it-total tal-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta’ prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għandu jkun programmat fuq l-objettivi ta’ dik l-istrateġija.

    4.   Jekk programm Interreg tal-komponent 2B jappoġġa strateġija makroreġjonali jew strateġija tal-baċini tal-baħar, tal-anqas 70 % tal-FEŻR u, fejn applikabbli, tal-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta’ prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għandhom ikunu allokati lill-objettivi ta’ dik l-istrateġija.

    4.   Jekk programm Interreg tal-komponent 1 jappoġġa strateġija makroreġjonali jew strateġija tal-baċini tal-baħar, tal-anqas 70 % tal-FEŻR u, fejn applikabbli, tal-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta’ prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għandhom , bħala regola ġenerali, ikunu allokati lill-objettivi ta’ dik l-istrateġija. Perċentwali differenti jistgħu jiġu stabbiliti bi ftehim mal-Kummissjoni.

    5.   Għall-programmi Interreg tal-komponent 4, it-total tal-FEŻR u, fejn applikabbli, tal-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta’ prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għandu jkun allokat lill-objettiv speċifiku għal Interreg “governanza aħjar ta’ Interreg”.

    Ma jkunx ġust li r-reġjuni Ewropej kollha jintalbu jallokaw l-istess perċentwal fiss għall-“governanza aħjar ta’ Interreg” apparti l-għajnuna teknika.

    Madankollu, għandu jibqa’ possibbli f’dawk ir-reġjuni li jixtiequ jużaw il-KTE bħala strument biex jiġu promossi l-governanza tajba u r-riformi strutturali li jibbenefikaw minn appoġġ addizzjonali tal-programm il-ġdid ta’ appoġġ għal riformi.

    Il-KtR jappoġġja l-fatt li l-istrateġiji makroreġjonali jkunu appoġġati mill-komponenti 1 u 2.

    Emenda 18

    Jiżdied kapitolu ġdid wara l-Kapitolu II

    Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

    Emenda tal-KtR

    KAPITOLU III

    Investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali

    Artikolu 16

    Investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali

    1.     0,3  % tar-riżorsi globali disponibbli għall-impenji tal-baġit tal-Fondi għall-perjodu 2021-2027 (jiġifieri total ta’ EUR 970 000 000 ) huma allokati għall-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali u ser jintużaw għall-kummerċjalizzazzjoni u l-intensifikazzjoni ta’ proġetti ta’ innovazzjoni interreġjonali li għandhom il-potenzjal meħtieġ biex iħeġġu l-iżvilupp ta’ ktajjen tal-valur Ewropej. Fondi addizzjonali li ġejjin minn Orizzont Ewropa [Proposta għal Regolament (UE) 2018/XXX] jistgħu jiġu trasferiti għall-baġit jew direttament jew permezz tal-metodu tal-Fond Ewlieni.

    2.     L-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali huma maħsuba għall-attivitajiet li ġejjin:

    (a)

    il-kummerċjalizzazzjoni u l-iskalar tal-proġetti ta’ innovazzjoni komuni li jistgħu jħeġġu l-iżvilupp ta’ ktajjen tal-valur Ewropej;

    (b)

    it-tlaqqigħ flimkien tar-riċerkaturi, l-intrapriżi, is-soċjetà ċivili u l-amministrazzjonijiet pubbliċi involuti fi strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti stabbiliti fil-livell nazzjonali jew reġjonali;

    (c)

    proġetti pilota biex jiġu identifikati jew ittestjati soluzzjonijiet ġodda ta’ żvilupp reġjonali u lokali bbażati fuq strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti;

    (d)

    l-iskambji ta’ esperjenza fil-qasam tal-innovazzjoni sabiex nibnu fuq l-esperjenza miksuba fil-qasam tal-iżvilupp reġjonali jew lokali.

    3.     Fir-rigward tal-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali, it-territorju kollu tal-Unjoni għandu jiġi appoġġjat mill-FEŻR.

    4.     L-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali għandhom jitħejjew u jiġu ppreżentati fil-kuntest ta’ ġestjoni diretta.

    5.     Skont il-prinċipju tal-koeżjoni territorjali Ewropea, ir-reġjuni li jinsabu taħt il-medja tal-Indiċi Reġjonali Ewropew għall-Kompetittività (European Regional Competitiveness Index) 2013-2016, ir-reġjuni koperti mill-Artikolu 174 u r-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jibbenefikaw taħt l-iskema tal-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali minn rata ta’ kofinanzjament tal-FEŻR miżjuda minn 85 % għal 100 %. Dan l-inċentiv għall-promozzjoni tal-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali fir-reġjuni bi żvantaġġi strutturali għandu:

    (a)

    jippermetti li dawn ir-reġjuni jiżviluppaw proġetti ta’ investiment innovattivi konġunti li għandhom il-potenzjal li jkunu trasferiti u replikati f’reġjuni orajn li għandhom l-istess żvantaġġi strutturali;

    (b)

    tkun orjentata lejn li tistimula l-proċessi ta’ innovazzjoni fl-ekonomiji reġjonali li jbatu minn żvantaġġi ġeografiċi u demografiċi strutturali, lejn il-valutazzjoni tar-riżorsi lokali, l-appoġġ għall-użu tal-enerġiji rinnovabbli, it-trattament tal-iskart, il-ġestjoni tal-ilma, il-promozzjoni tal-wirt kulturali u naturali u l-iżvilupp ta’ ekonomija ċirkolari; hawnhekk, it-terminu “innovazzjoni” jkopri l-innovazzjoni teknoloġika, organizzattiva, soċjali u ambjentali;

    (c)

    jippermetti lil dawn ir-reġjuni biex jagħmlu użu minn pjattaformi teknoloġiċi pprovduti minn reġjuni aktar kompetittivi, u b’hekk jippermetti trasferiment interreġjonali ta’ teknoloġija u ta’ għarfien u jikkontribwixxi għal integrazzjoni interreġjonali aktar b’saħħitha.

    6.     Il-pajjiżi terzi jistgħu jieħdu sehem bil-kundizzjoni li jikkontribwixxu għall-iffinanzjar permezz ta’ dħul assenjat estern.

    Raġuni

    Minkejja l-ħolqien ta’ investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali huwa wieħed mill-aktar innovazzjonijiet pożittivi għall-perjodu l-ġdid ta’ programmazzjoni, madankollu dan jibqa’ strument differenti ħafna tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea. Għal din ir-raġuni u biex tkun enfasizzata l-importanza speċifika tiegħu, nipproponu li għall-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali jitħejjew kapitolu u artikolu speċifiku li jgħaqqdu dispożizzjonijiet diversi mifruxa fil-proposta għal Regolament.

    Aħna nipproponu wkoll li l-baġit jiżdied b’riżerva speċifika ta’ 0,3 % tal-baġit tal-koeżjoni u billi jkunu permessi t-trasferimenti addizzjonali. Fl-aħħar nett, sabiex jiġi rrispettat il-prinċipju tal-koeżjoni territorjali Ewropea, parti mir-riżorsi trid tkun maħsuba għal reġjuni li għadhom mhumiex l-aktar innovattivi tal-UE.

    Barra minn hekk, sabiex jiġu evitati d-disparitajiet fl-innovazzjoni u fil-kompetittività bejn ir-reġjuni, jeħtieġ li tiġi promossa l-innovazzjoni fit-territorji soġġetti għal restrizzjonijiet kbar u/jewli għandhom kompetittività aktar baxxa mill-medja tal-UE.

    Din il-proposta hija t-traduzzjoni fir-Regolament KTE tar-rakkomandazzjonijiet tal-Opinjonijiet Maupertuis (2017), Herrera Campo (2016), Osvald (2012), Karácsony (2018), fost oħrajn.

    Emenda 19

    Artikolu 16

    Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

    Emenda tal-KtR

    Artikolu 16

    Artikolu 16

    Tħejjija u preżentazzjoni tal-programmi Interreg

    Tħejjija u preżentazzjoni tal-programmi Interreg

    1.   Il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandha tiġi implimentata permezz tal-programmi Interreg b’ġestjoni kondiviża bl-eċċezzjoni tal-komponent 3, li jista’ jiġi implimentat fl-intier tiegħu jew parzjalment b’ġestjoni indiretta u tal-komponent 5 li għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta jew indiretta .

    1.   Il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandha tiġi implimentata permezz tal-programmi Interreg b’ġestjoni kondiviża bl-eċċezzjoni tal-komponent 3, li jista’ jiġi implimentat fl-intier tiegħu jew parzjalment b’ġestjoni indiretta.

    2.   L-Istati Membriu, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti, għandhom iħejju programm Interreg skont il-mudell stabbilit fl-Anness għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027.

    2.   L-Istati Membri, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti, għandhom iħejju programm Interreg skont il-mudell stabbilit fl-Anness għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027.

    3.   L-Istati Membri parteċipanti għandhom iħejju programm Interreg f’kooperazzjoni mas-sħab tal-programm imsemmija fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

    Il-pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti, fejn applikabbli, għandhom jinvolvu wkoll is-sħab tal-programm ekwivalenti għal dawk imsemmija f’dak l-Artikolu.

    Waqt it-tħejjija tal-programmi Interreg immirati lejn l-istrateġiji makroreġjonali jew il-baċini tal-baħar, l-Istati Membri u l-imsieħba tal-programm għandhom iqisu l-prijoritajiet tematiċi tal-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji relatati mal-baċini tal-baħar u jikkonsultaw lill-partijiet interessati rilevanti.

    4.   L-Istat Membru li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni prospettiva, għandu jippreżenta programm Interreg lill-Kummissjoni sa [data tad-dħul fis-seħħ plus disa’ xhur;] f’isem l-Istati Membri kollha u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti.

    4.   L-Istat Membru li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni prospettiva, għandu jippreżenta programm Interreg wieħed jew aktar tul il-fruntiera rilevanti fuq l-art jew marittima lill-Kummissjoni sa [data tad-dħul fis-seħħ plus disa’ xhur;] f’isem l-Istati Membri kollha u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti.

    Madankollu, programm Interreg li jkopri appoġġ minn strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandu jiġi ppreżentat mill-Istat Membru li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni prospettiva mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-dokument tal-programmazzjoni strateġika rilevanti skont l-Artikolu 10(1) jew fejn meħtieġ skont l-att bażiku rispettiv ta’ strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni wieħed jew aktar.

    5.   L-Istati Membri, u fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti, għandhom jikkonfermaw bil-miktub il-ftehim tagħhom dwar il-kontenut ta’ programm Interreg qabel il-preżentazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni. Dan il-qbil għandu jinkludi wkoll impenn mill-Istati Membri kollha u, fejn applikabbli, minn pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti, sabiex jipprovdu l-kofinanzjament meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-programm Interreg u, fejn applikabbli, l-impenn għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE.

    B’deroga mill-ewwel subparagrafu, fil-każ tal-programmi Interreg li jinvolvu reġjuni ultraperiferiċi u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkonsultaw lill-pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE rispettivi qabel ma jippreżentaw il-programmi Interreg lill-Kummissjoni. F’dan il-każ, il-ftehimiet dwar il-kontenut tal-programmi Interreg u l-kontribuzzjoni possibbli tal-pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE jistgħu minflok jiġu espressi fil-minuti formalment approvati tal-laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE jew tad-deliberazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet ta’ kooperazzjoni reġjonali .

    B’deroga mill-ewwel subparagrafu, fil-każ tal-programmi Interreg li jinvolvu reġjuni ultraperiferiċi u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkonsultaw lill-pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE rispettivi qabel ma jippreżentaw il-programmi Interreg lill-Kummissjoni. F’dan il-każ, il-ftehimiet dwar il-kontenut tal-programmi Interreg u l-kontribuzzjoni possibbli tal-pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE jistgħu minflok jiġu espressi fil-minuti formalment approvati tal-laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE jew diversi programmi Interreg tul il-fruntiera kkonċernata fuq l-art jew marittima .

    6.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 62 biex temenda l-Anness sabiex tadatta għal bidliet li jseħħu matul il-perjodu ta’ programmazzjoni għal elementi mhux essenzjali tiegħu.

    Il-prinċipju ta’ sħubija għandu jiġi implimentat biex tiġi żgurata koerenza bejn l-attivitajiet differenti ta’ kooperazzjoni transfruntiera. Il-KtR jaqbel li l-kooperazzjoni transfruntiera marittima tgħaddi lura għall-komponent 1.

    Emenda 20

    Artikolu 19

    Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

    Emenda tal-KtR

    Artikolu 19

    Artikolu 19

    Emenda tal-programmi Interreg

    Emenda tal-programmi Interreg

    1.   L-Istat Membru li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni jista’ jippreżenta talba motivata għal emenda ta’ programm Interreg flimkien mal-programm emendat, li tistabbilixxi l-impatt mistenni ta’ dik l-emenda fuq it-twettiq tal-objettivi.

    1.   L-Istat Membru li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni jista’, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u b’konformità mal-Artikolu 6 tas-CPR, jippreżenta talba motivata għal emenda ta’ programm Interreg flimkien mal-programm emendat, li tistabbilixxi l-impatt mistenni ta’ dik l-emenda fuq it-twettiq tal-objettivi.

    2.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konformità tal-emenda mar-Regolament (UE) [CPR ġdid], ir-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] u dan ir-Regolament u tista’ tagħmel kummenti fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-programm li jemenda.

    3.   L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew l-PTEE parteċipanti għandhom jeżaminaw mill-ġdid il-programm Interreg billi jikkunsidraw il-kummenti magħmulin mill-Kummissjoni.

    4.   Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emenda ta’ programm Interreg sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-Istat Membru.

    4.   Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emenda ta’ programm Interreg sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-Istat Membru.

    5.   L-Istat Membru jista’ jittrasferixxi matul il-perjodu ta’ programmazzjoni ammont sa 5 % tal-allokazzjoni inizjali ta’ prijorità u mhux aktar minn 3 % tal-baġit tal-programm għal prijorità oħra tal-istess programm Interreg.

    5.   L-Istat Membru jista’ jittrasferixxi matul il-perjodu ta’ programmazzjoni ammont sa 5 % tal-allokazzjoni inizjali ta’ prijorità u mhux aktar minn 3 % tal-baġit tal-programm għal prijorità oħra tal-istess programm Interreg , wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u b’konformità mal-Artikolu 6 tas-CPR .

    Tali trasferimenti ma għandhomx jaffettwaw snin preċedenti.

    Tali trasferimenti ma għandhomx jaffettwaw snin preċedenti.

    Dawn għandhom ikunu kkunsidrati bħala mhux sostanzjali u ma għandhomx jeħtieġu deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda l-programm Interreg. Iżda, huma għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji kollha. L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tippreżenta lill-Kummissjoni t-tabella riveduta msemmija fil-punt (g)(ii) tal-Artikolu 17(4).

    6.   L-approvazzjoni tal-Kummissjoni ma għandhiex tkun meħtieġa għal korrezzjonijiet ta’ natura purament klerikali jew editorjali li ma jaffettwawx l-implimentazzjoni tal-programm Interreg. L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar tali korrezzjonijiet.

    Għandu jkun żgurat li l-prinċipju ta’ sħubija jiġi rispettat fl-emendi għall-programmi.

    Emenda 21

    Artikolu 24

    Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

    Emenda tal-KtR

    Artikolu 24

    Artikolu 24

    Fondi ta’ proġett żgħir

    Fondi ta’ proġett żgħir

    1.   Il-kontribuzzjoni mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, għal fond ta’ proġett żgħir fi programm Interreg ma għandhiex taqbeż EUR 20 000 000 jew 15 % tal-allokazzjoni totali għall-programm Interreg, tkun liema tkun l-anqas minnhom.

    1.   Il-kontribuzzjoni mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, għal fond ta’ proġett żgħir fi programm Interreg ma għandhiex taqbeż EUR 20 000 000 jew 15 % tal-allokazzjoni totali għall-programm Interreg, tkun liema tkun l-anqas minnhom. Jistgħu jiġu stabbiliti diversi fondi għal proġetti żgħar fi ħdan il-programm Interreg.

    Ir-riċevituri finali f’fond ta’ proġett żgħir għandhom jirċievu l-appoġġ mill-FEŻR jew, fejn applikabbli mill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni permezz tal-benefiċjarju u jimplimentaw proġetti żgħar f’dak il-fond ta’ proġett żgħir (“proġett żgħir”).

    2.   Il-benefiċjarju ta’ fond ta’ proġett żgħir għandu jkun entità legali jew REKT transfruntier .

    2.   Il-benefiċjarju ta’ fond ta’ proġett żgħir għandu jkun entità legali transfruntiera, REKT , Ewroreġjun, korpi legali f’reġjuni ultraperiferiċi jew xi assoċjazzjoni oħra ta’ diversi awtoritajiet reġjonali jew lokali .

    3.   Id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ appoġġ għal fond ta’ proġett żgħir għandu, minbarra l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 22(6) jistabbilixxi l-elementi meħtieġa sabiex jiżgura li l-benefiċjarju:

    jistabbilixxi proċedura ta’ selezzjoni mhux diskriminatorja u trasparenti;

    (a)

    jistabbilixxi proċedura ta’ selezzjoni mhux diskriminatorja u trasparenti;

    (b)

    japplika kriterji oġġettivi għall-għażla ta’ proġetti żgħar, li jevitaw il-kunflitti ta’ interess;

    (b)

    japplika kriterji oġġettivi għall-għażla ta’ proġetti żgħar, li jevitaw il-kunflitti ta’ interess;

    (c)

    jivvaluta l-applikazzjonijiet għal appoġġ;

    (c)

    jivvaluta l-applikazzjonijiet għal appoġġ;

    (d)

    jagħżel il-proġetti u jiffissa l-ammont ta’ appoġġ għal kull proġett żgħir;

    (d)

    jagħżel il-proġetti u jiffissa l-ammont ta’ appoġġ għal kull proġett żgħir;

    (e)

    huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tal-operazzjoni u jżomm fil-livell tiegħu d-dokumenti ta’ appoġġ kollha meħtieġa għal rekord tal-awditjar f’konformità mal-Anness [IX] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid];

    (f)

    ipoġġi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-lista tar-riċevituri finali li jibbenefikaw mill-operazzjoni.

    (f)

    ipoġġi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-lista tar-riċevituri finali li jibbenefikaw mill-operazzjoni.

    Il-benefiċjarju għandu jiżgura li r-riċevituri finali jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 35.

    Il-benefiċjarju għandu jiżgura li r-riċevituri finali jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 35.

    4.   L-għażla ta’ proġetti żgħar ma għandhiex tikkostitwixxi delegazzjoni ta’ kompiti mill-awtorità ta’ ġestjoni lil korp intermedju kif imsemmi fl-Artikolu [65(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

    4.   L-għażla ta’ proġetti żgħar ma għandhiex tikkostitwixxi delegazzjoni ta’ kompiti mill-awtorità ta’ ġestjoni lil korp intermedju kif imsemmi fl-Artikolu [65(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

    5.   Spejjeż tal-persunal u indiretti ġġenerati fil-livell tal-benefiċjarju għall-ġestjoni ta’ fond għal proġett żgħir ma għandhomx jaqbżu 20 % tal-ispiza totali eliġibbli tal-fond għal proġett żgħir rispettiv.

    6.   Jekk il-kontribuzzjoni pubblika għal proġett żgħir li ma taqbiżx EUR 100 000 , il-kontribuzzjoni mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandu jieħu l-forma ta’ kost unitarju jew somom f’daqqa jew jinkludi rati fissi , minbarra proġetti li għalihom l-appoġġ jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat .

    6.   Jekk il-kontribuzzjoni pubblika għal proġett żgħir ma taqbiżx EUR 100 000 , il-kontribuzzjoni mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandha tieħu l-forma ta’ kost unitarju jew somom f’daqqa jew tinkludi rati fissi. Kontrolli nazzjonali u awditi addizzjonali għandhom jirrispettaw dan il-prinċipju ta’ spejjeż semplifikati u ma jeħtieġux lill-benefiċjarju jipprovdi dokumenti ta’ appoġġ li jikkonċernaw l-ispejjeż kollha tal-proġett.

    Jekk jintuża finanzjament b’rata fissa, il-kategoriji tal-ispejjeż li għalihom tapplika r-rata fissa jistgħu jiġu rimborżati f’konformità mal-[punt (a) tal-Artikolu 48(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

    Emenda 22

    Artikolu 26

    Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

    Emenda tal-KtR

    Artikolu 26

    Artikolu 26

    Assistenza teknika

    Assistenza teknika

    1.   Assistenza teknika għal kull programm Interreg għandha tiġi rimborżata bħala rata fissa bl-applikazzjoni tal-perċentwali stabbilit fil-paragrafu 2 għal nefqa eliġibbli inkluża f’kull applikazzjoni għal pagament skont il-[punti (a) jew (c) tal-Artikolu 85(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] kif xieraq.

    2.   Il-perċentwali tal-FEŻR u l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni li għandhom jiġu rimborżati għal assistenza teknika għandu jkun kif ġej:

    2.   Il-perċentwali tal-FEŻR u l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni li għandhom jiġu rimborżati għal assistenza teknika għandu jkun kif ġej:

    (a)

    għal programmi Interreg ta’ kooperazzjoni tranfruntiera interna appoġġati mill-FEŻR: 6 % ;

    (a)

    għal programmi Interreg ta’ kooperazzjoni tranfruntiera interna appoġġati mill-FEŻR: 8 % ;

    (b)

    għal programmi Interreg transfruntiera esterni appoġġati mill-IPA III CBC jew mill-NDICI CBC: 10 %;

    (b)

    għal programmi Interreg transfruntiera esterni appoġġati mill-IPA III CBC jew mill-NDICI CBC: 10 %;

    (c)

    għall-programmi Interreg tal-komponenti 2, 3 u 4, kemm għall-FEŻR u, fejn applikabbli, għal strumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni: 7 %.

    (c)

    għall-programmi Interreg tal-komponenti 2, 3 u 4, kemm għall-FEŻR u, fejn applikabbli, għal strumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni: 8 %;

    (d)

    għall-programmi Interreg tal-komponent 3, għall-FEŻR: 10 %.

    3.   Għal programmi Interreg b’allokazzjoni totali bejn EUR 30 000 000 u EUR 50 000 000 , l-ammont li jirriżulta mill-perċentwali għal assistenza teknika għandu jiżdied b’ammont addizzjonali ta’ EUR 500 000 . Il-Kummissjoni għandha żżid dak l-ammont għall-ewwel pagament interim.

    4.   Għal programmi Interreg b’allokazzjoni totali anqas minn EUR 30 000 000 , l-ammont meħtieġ għall-għajnuna teknika espress f’EUR u tal-perċentwali li jirriżulta għandu jiġi stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm Interreg ikkonċernat.

    Emenda 23

    Artikolu 45

    Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

    Emenda tal-KtR

    Artikolu 45

    Artikolu 45

    Funzjonijiet tal-awtorità ta’ ġestjoni

    Funzjonijiet tal-awtorità ta’ ġestjoni

    1.   L-awtorità ta’ ġestjoni ta’ programm Interreg għandha twettaq il-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli [66], [68] u [69] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] bl-eċċezzjoni tal-kompitu li tagħżel l-operazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 66(1), u l-Artikolu 67 u ta’ pagamenti lil benefiċjarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 68(1). Dawn il-funzjonijiet għandhom jitwettqu madwar it-territorju kollu kopert minn dak il-programm, suġġett għad-derogi stabbiliti fil-Kapitolu VIII ta’ dan ir-Regolament.

    2.   L-awtorità ta’ ġestjoni, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u, fejn applikabbli, kwalunkwe pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti fil-programm Interreg, għandha twaqqaf segretarjat konġunt, b’persunal billi titqies is-sħubija tal-programm.

    Is-segretarjat konġunt għandu jassisti lill-awtorità ta’ ġestjoni u lill-kumitat ta’ monitoraġġ fit-twettiq tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom. Is-segretarjat konġunt għandu jipprovdi wkoll informazzjoni lill-benefiċjarji potenzjali dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament taħt programmi Interreg u għandu jassisti lill-benefiċjarji u s-sħab fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet.

    3.    B’deroga minn [punt (c) tal-Artikolu 70(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], nefqa mħallsa f’munita oħra għandha tkun konvertita f’euro minn kull sieħeb bl-użu tar-rata ta’ kambju tal-kontabbiltà ta’ kull xahar tal-Kummissjoni fix-xahar li matulu dik in-nefqa tkun ġiet ippreżentata għall-verifika lill-awtorità ta’ ġestjoni f’konformità mal-[punt (a) tal-Artikolu 68(1)] ta’ dak ir-Regolament.

    3.     Fejn l-awtorità ta’ ġestjoni ma twettaqx verifiki ta’ ġestjoni taħt [il-punt (a) tal-Artikolu 68(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] madwar iż-żona kollha tal-programm, kull Stat Membru u, fejn ikun applikabbli, għal kull pajjiż terz, il-pajjiż imsieħeb jew l-OCTs jipparteċipaw fi program Interreg, għandu jiddeżinja l-korp jew il-persuna responsabbli għat-twettiq ta’ verifiki bħal dawn fir-rigward tal-benefiċjarji fuq it-territorju tiegħu (il-“kontrolluri”).

    4.    B’deroga minn [punt (c) tal-Artikolu 70(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], nefqa mħallsa f’munita oħra għandha tkun konvertita f’euro minn kull sieħeb bl-użu tar-rata ta’ kambju tal-kontabbiltà ta’ kull xahar tal-Kummissjoni fix-xahar li matulu dik in-nefqa tkun ġiet ippreżentata għall-verifika lill-awtorità ta’ ġestjoni f’konformità mal-[punt (a) tal-Artikolu 68(1)] ta’ dak ir-Regolament.

    Raġuni

    F’każ it-tħassir tal-paragrafu 6 tal-Artikolu 44 ma jiġix aċċettat, din hija soluzzjoni alternattiva għall-ħruġ ta’ kontrolluri biex jiżguraw li s-sistemi attwali ta’ verifiki ta’ ġestjoni li jkunu ilhom joperaw f’xi programmi għal tliet perjodi ta’ programmazzjoni mhux se jkollhom għalfejn jitneħħew.

    Emenda 24

    Artikolu 49

    Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

    Emenda tal-KtR

    Artikolu 49

    Artikolu 49

    Pagamenti u prefinanzjament

    Pagamenti u prefinanzjament

    1.   L-appoġġ tal-FEŻR u, fejn applikabbli, l-appoġġ minn strumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għal kull programm Interreg għandu jitħallas, f’konformità mal-Artikolu 46(2), f’kont uniku mingħajr ebda subkontijiet nazzjonali.

    2.   Il-Kummissjoni għandha tħallas prefinanzjament ibbażat fuq l-appoġġ totali minn kull fond Interreg, kif stabbilit fid-deċiżjoni li tapprova programm Interreg skont l-Artikolu 18, suġġett għad-disponibbiltà ta’ fondi, f’pagamenti annwali kif ġej u qabel l-1 ta’ Lulju tas-snin 2022 sa 2026, jew, is-sena tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni, sa mhux aktar tard minn 60 jum wara li dik id-deċiżjoni hija adottata:

    2021: 1 % ;

    (a)

    2021: 2 % ;

    (b)

    2022: 1 % ;

    (b)

    2022: 0,8  % ;

    (c)

    2023: 1 % ;

    (c)

    2023: 0,8  % ;

    (d)

    2024: 1 % ;

    (d)

    2024: 0,8  % ;

    (e)

    2025: 1 % ;

    (e)

    2025: 0,8  % ;

    (f)

    2026: 1 % .

    (f)

    2026: 0,8  % ;

    3.   Jekk programmi Intereg transfuntieri esterni jkunu appoġġati mill-FEŻR u l-IPA III CBC jew l-NDICI CBC, il-prefinanzjament għal kull fond li jappoġġa tali programm Interreg għandu jsir f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) [IPA III] jew [NDICI] jew ta’ xi att adottat taħtu.

    L-ammont ta’ prefinanzjament jista’ jitħallas f’żewġ pagamenti, fejn xieraq, skont il-ħtiġijiet baġitarji.

    L-ammont ta’ prefinanzjament jista’ jitħallas f’żewġ pagamenti, fejn xieraq, skont il-ħtiġijiet baġitarji.

    L-ammont totali mħallas bħala prefinanzjament jiġi rimborsat lill-Kummissjoni jekk ma tintbagħat ebda applikazzjoni għal pagament permezz tal-programm Interreg transfruntier fi żmien 24 xahar mid-data li fiha l-Kummissjoni tħallas l-ewwel pagament tal-ammont tal-prefinanzjament. Tali rimborż għandu jikkostitwixxi dħul assenjat intern u ma għandux inaqqas l-appoġġ mill-FEŻR, l-IPA III CBC jew l-NDICI CBC għall-programm.

    Il-KtR jipproponi li jiġi rdoppjat il-perċentwal ta’ prefinanzjament matul l-ewwel sena tal-perjodu ta’ programmazzjoni sabiex tingħata għajnuna lit-tnedija tal-programmi. Dan jiġi kkumpensat bi tnaqqis ekwivalenti fis-snin ta’ wara.

    Emenda 25

    Artikolu 61

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Artikolu 61

    Investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali

    B’inizjattiva tal-Kummissjoni, il-FEŻR jista’ jappoġġa investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali, kif stabbilit fil-punt 5 tal-Artikolu 3, li jlaqqgħu flimkien ir-riċerkaturi, in-negozji, is-soċjetà ċivili u l-amministrazzjonijiet pubbliċi involuti fi strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti, stabbiliti fil-livell nazzjonali jew reġjonali.

    Raġuni

    Minħabba l-importanza u l-ispeċifiċità tal-investimenti fl-innovazzjoni reġjonali, huwa propost li jiġi ddedikat kapitolu speċifiku.

    Emenda 26

    Żid artikolu ġdid wara l-Artikolu 62

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Artikolu 62a

    Eżenzjoni mill-obbligu ta’ notifika previst fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE

    L-għajnuna għal proġetti ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea hija eskluża mill-iskrutinju tal-għajnuna mill-Istat u mhix soġġetta għall-obbligu ta’ notifika previst fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    Raġuni

    Il-kooperazzjoni territorjali ssaħħaħ is-suq uniku. Li jitneħħew kompletament ir-rekwiżiti ta’ rappurtar li għandhom jintalbu għal ċerti tipi ta’ għajnuna mill-Istat għandu jgħin is-semplifikazzjoni.

    II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

    IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

    1.

    jilqa’ b’sodisfazzjon li ser jiġi ppreżentat ir-Regolament il-ġdid tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (KTE) għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027 u jinsab kuntent li din il-politika fundatriċi tal-UE hija aktar viżibbli permezz ta’ regolament speċifiku, minkejja li għadha tiġi ffinanzjata mill-FEŻR;

    2.

    jilqa’ wkoll li fir-Regolament dwar il-KTE, fi sforz kbir biex tiġi ssemplifikata u massimizzata s-sinerġija bejniethom, ġew inklużi r-Regolamenti li jirregolaw l-istrumenti finanzjarji esterni futuri tal-UE;

    3.

    jappoġġja l-mekkaniżmu ġdid li għandu l-għan li jneħħi l-ostakli legali u amministrattivi f’kuntest transfruntier. Il-KTE għandu jappoġġja (1) dan l-istrument il-ġdid;

    4.

    jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li ġew rikonoxxuti l-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi permezz tal-komponent il-ġdid 3;

    5.

    jappoġġja bis-sħiħ il-ħolqien tal-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali, speċifikati fil-komponent 5;

    6.

    jiddeplora t-tnaqqis propost mill-Kummissjoni tal-baġit għall-KTE ta’ EUR 1,847 biljun (fi prezzijiet kostanti tal-2018), jiġifieri – 18 %. Dan it-tnaqqis huwa kważi d-doppju tat-tnaqqis fil-baġit minħabba l-Brexit u jnaqqas is-sehem tal-KTE fil-baġit ta’ koeżjoni minn 2,75 % għal 2,5 %;

    7.

    jiddispjaċih li l-komponent 1 “Kooperazzjoni transfruntiera” (mingħajr il-kooperazzjoni marittima) tnaqqas b’EUR 3,171 biljun (-42 %), u li l-komponent 4 “Kooperazzjoni interreġjonali” tradizzjonali (Interreg Europe, URBACT, ESPON, INTERACT) tilef EUR 474 miljun (–83 %);

    8.

    jenfasizza l-importanza tal-programm Interreg, li kien indispensabbli għal ħafna awtoritajiet reġjonali kemm għall-iskambju tal-għarfien espert u l-aħjar prattika dwar sfidi prinċipali, iżda wkoll sabiex jinbnew rabtiet personali bejn l-awtoritajiet reġjonali u b’hekk tiġi promossa l-identità Ewropea; jinnota li dan ma ġiex rifless biżżejjed fil-proposti attwali;

    9.

    ma jaqbilx li l-kooperazzjoni transfruntiera marittima tgħaddi mill-komponent 1 “transfruntiera” għall-komponent 2 “transnazzjonali”. Dan it-trasferiment iwassal għal żieda fil-baġit tal-komponent 2 “transnazzjonali” ta’ EUR 558 miljun (27 %), iżda hemm riskju konsiderevoli li l-kooperazzjoni transfruntiera marittima tonqos fil-kuntest usa’ tal-kooperazzjoni transnazzjonali;

    10.

    iqis arbitrarja l-proposta tal-Kummissjoni, kif tidher fl-Anness XXII tas-CPR, fil-prijoritizzazzjoni tal-allokazzjoni baġitarja għar-reġjuni mal-fruntieri li nofs il-popolazzjoni tagħhom tgħix inqas minn 25 km mill-fruntiera u jirrifjutaha għalkollox għal dik ir-raġuni;

    11.

    japprova bis-sħiħ il-proposta tar-rapporteurs tas-CPR (2) li jinbidlu l-allokazzjonijiet previsti fl-Artikolu 104(7) tas-CPR sabiex jiżdied il-baġit għall-kooperazzjoni territorjali tradizzjonali (komponenti 1 u 4) sa 3 % tal-baġit tal-koeżjoni u biex tkun stabbilita riserva speċifika addizzjonali ta’ 0,3 % tal-baġit tal-koeżjoni għall-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali. Dan l-approċċ huwa simili għal dak tal-Parlament (3); Il-Kumitat jemmen li ż-żieda fl-allokazzjonijiet għandha tiġi riflessa wkoll f’komponent 3;

    12.

    iqis li din l-inizjattiva ġdida għall-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali, li ssegwi fuq l-azzjonijiet innovattivi tal-FEŻR u fuq l-inizjattiva “Vanguard” għandha valur miżjud kbir u jistħoqqilha, minħabba n-natura speċifika tagħha meta mqabbla mal-KTE tradizzjonali (komponenti 1 u 4), trattament privileġġjat fir-Regolament b’allokazzjoni baġitarja speċifika;

    13.

    iqis li jeħtieġ li jissaħħu s-sinerġiji bejn l-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali u l-Orizzont Ewropa (4);

    14.

    jenfasizza li filwaqt li l-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali għandhom jagħtu prijorità lill-eċċellenza, għandhom isaħħu wkoll il-koeżjoni territorjali billi jiffaċilitaw ukoll il-parteċipazzjoni ta’ reġjuni inqas innovattivi biex tinkiseb l-innovazzjoni interreġjonali Ewropea;

    15.

    jipproponi, wara t-talbiet li saru f’għadd ta’ opinjonijiet (5) tal-KtR, li tinħoloq inizjattiva sabiex ir-reġjuni l-aktar vulnerabbli stipulati fl-Artikolu 174 tat-TFUE jkunu jistgħu jiżviluppaw b’mod kooperattiv proġetti innovattivi ta’ investiment b’potenzjal kbir ta’ espansjoni, trasferiment u replikar għal żoni oħra milqutin mill-istess restrizzjonijiet strutturali;

    16.

    jitlob li jkun hemm aktar koerenza bejn id-diversi programmi ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea. Fejn meħtieġ, il-programmi ta’ kooperazzjoni transnazzjonali mmirati lejn strateġija makroreġjonali jew tal-baċini tal-baħar għandhom jadottaw prijoritajiet koerenti u konverġenti mal-istrateġiji makroreġjonali jew tal-baċini tal-baħar li jkopruhom;

    17.

    jilqa’ l-miżuri ta’ semplifikazzjoni tal-ġestjoni tal-fondi, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli u diversi opinjonijiet (6) tal-KtR;

    18.

    jilqa’ l-introduzzjoni tal-arranġamenti ta’ ġestjoni adattati għall-proġetti żgħar stabbiliti fl-Artikoli 16 sa 26 u, b’mod partikolari, jilqa’ l-inklużjoni ta’ artikolu speċifiku (Artikolu 24) dwar fondi għal proġetti żgħar, kif ġie propost fl-opinjoni (7) tal-Kumitat dwar dan is-suġġett. Dawn il-proġetti żgħar jew “bejn il-persuni” (people-to-people) huma essenzjali għall-integrazzjoni Ewropea u għat-tneħħija tal-ostakli viżibbli u inviżibbli fil-fruntieri u jsaħħu l-valur miżjud Ewropew ta’ dan l-approċċ. Barra minn hekk, japprova l-fatt li benefiċjarju ta’ proġett żgħir għandu jkun entità legali transfruntiera, REKT, Ewroreġjun, korpi legali f’reġjuni ultraperiferiċi jew xi assoċjazzjoni oħra ta’ diversi awtoritajiet lokali u reġjonali;

    19.

    jopponi t-tnaqqis tar-rati ta’ kofinanzjament tal-UE minn 85 % għal 70 %: dan se jagħmilha iktar diffiċli għall-partijiet interessati lokali u reġjonali b’kapaċità finanzjarja limitata sabiex jipparteċipaw;

    20.

    jipproponi li jiġi rdoppjat l-perċentwal ta’ prefinanzjament fl-ewwel sena sabiex tingħata għajnuna lit-tnedija tal-programmi;

    21.

    jipproponi li jiżdied il-perċentwal iddedikat għall-assistenza teknika sa mhux aktar mir-rata ta’ 8 %;

    22.

    jipproponi li tiġi emendata r-rata ta’ konċentrazzjoni tematika, fl-Artikolu 15, sa rata massima ta’ 60 % tal-allokazzjonijiet tal-FEŻR fil-livell nazzjonali u reġjonali;

    23.

    jemmen li riżerva uniformi ta’ 15 % għall-governanza tajba mhux bilfors tkun ġusta. Mhux kull reġjun għandu l-istess ħtiġijiet ta’ riforma strutturali. Il-KTE għandha tkun tista’ tirċievi trasferimenti mill-programmi ġodda ta’ appoġġ għal riformi (8);

    24.

    jilqa’ b’sodisfazzjon li l-awtoritajiet lokali u reġjonali tar-Renju Unit ġew inklużi fil-komponenti 1 u 2 bħan-Norveġja jew l-Iżlanda, kif mitlub mill-KtR (9). Il-KtR jappoġġja l-appoġġ kontinwu tal-UE għall-proċess ta’ paċi fl-Irlanda ta’ Fuq permezz tal-programm PEACE PLUS;

    25.

    jipproponi li tkun possibbli wkoll il-parteċipazzjoni ta’ stati terzi fil-komponent 4 “interreġjonali” u fl-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali permezz tad-dħul assenjat estern trasferit għall-baġit tal-UE;

    26.

    jinnota li l-promozzjoni tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) kienet waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE għal ħafna snin. Il-proġetti għall-SMEs huma diġà fl-obbligu ta’ notifika fil-kuntest tal-għajnuna mill-Istat taħt ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa. Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-għajnuna reġjonali għall-investimenti minn intrapriżi ta’ kull daqs huma wkoll inklużi fil-linji gwida 2014-2020 dwar l-għajnuna reġjonali u fit-taqsima dwar l-għajnuna reġjonali tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa. Minħabba li l-għajnuna għall-KTE għandha tkun ikkunsidrata kompatibbli mas-suq uniku, din għandha tiġi eskluża mir-rekwiżit ta’ notifika taħt l-Artikolu 108(3)TFUE;

    27.

    jipproponi li, bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet tal-programm u l-benefiċjarji, ir-rekwiżiti ta’ rappurtar tal-għajnuna mill-Istat għandhom jiġu ssemplifikati aktar. Il-Kumitat tar-Reġjuni jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni sabiex jiġi emendat ir-Regolament (UE) 2015/1588 li jippermetti dan. Għandu jittieħdu passi biex jaraw jekk il-miżuri fil-qasam tal-kooperazzjoni interreġjonali jistgħu għall-inqas, b’mod ġenerali, jiġu eżentati mil-leġislazzjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat.

    Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

    Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

    Karl-Heinz LAMBERTZ

    (1)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew “Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE” (COM(2017) 534 final tal-20.9.2017).

    (1)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew “Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE” (COM(2017) 534 final tal-20.9.2017).

    (1)  COM (2018) 373 final, Abbozz ta’ opinjoni Arends (COTER-VI/048).

    (2)  Abbozz ta’ opinjoni Schneider/Marini (COTER-VI/045).

    (3)  Abbozz ta’ rapport Arimont, 2018/0199 (COD).

    (4)  COM(2018)435 final.

    (5)  Din il-proposta tinkorpora r-rakkomandazzjonijiet tal-Opinjonijiet imfassla mis-Sinjura Maupertuis (COTER-VI/22), is-Sur Herrera Campo (SEDEC-VI/8), is-Sur Osvald (COTER-V/21) u s-Sur Karácsony (COTER-VI/36), fost oħrajn.

    (6)  Opinjoni tas-Sur Osvald (COTER-VI/012) u tas-Sur Vlasák (COTER-VI/035).

    (7)  Opinjoni mis-Sur Pavel Branda dwar “Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera” (COTER-VI/023).

    (8)  Proposta għal Regolament (UE) 2018/XXX dwar l-istabbiliment ta’ Programm ta’ Appoġġ għal Riformi, COM(2018) 391 final.

    (9)  Riżoluzzjoni dwar l-implikazzjonijiet tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea għall-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE, il-129 sessjoni plenarja, 17 ta’ Mejju 2018, RESOL-VI/031, punt 23.

    Top