Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018IR2182

    Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni: Il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli

    COR 2018/02182

    ĠU C 86, 7.3.2019, p. 24–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 86/24


    Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni: Il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli

    (2019/C 86/04)

    Relatur:

    Is-Sur GUNDLACK (DE/PSE), Membru tal-Parlament tal-Land ta’ Mecklenburg-Vorpommern

    Referenza(/i):

    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Pjan ta’ Azzjoni: Il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli

    COM(2018) 97 final

    Proposta għal Regolament dwar it-twaqqif ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli

    COM(2018) 353 final

    Proposta għal Regolament dwar divulgazzjonijiet relatati ma’ investimenti sostenibbli u riskji għas-sostenibbiltà

    COM(2018) 354 final

    Proposta għal Regolament dwar parametri referenzjarji b’livell baxx ta’ karbonju u parametri referenzjarji b’livell ta’ karbonju b’impatt pożittiv

    COM(2018) 355 final

    I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli

    (COM(2018) 353 final)

    Emenda 1

    Premessa 13

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Jenħtieġ li klassifikazzjoni tal-Unjoni ta’ attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli tippermetti l-iżvilupp ta’ politiki futuri tal-Unjoni, inklużi standards mal-Unjoni kollha għal prodotti finanzjarji ambjentalment sostenibbli u eventwalment it-twaqqif ta’ tikketti li formalment jirrikonoxxu l-konformità ma’ dawk l-istandards madwar l-Unjoni. Rekwiżiti legali uniformi sabiex l-investimenti jitqiesu bħala investimenti ambjentalment sostenibbli, ibbażati fuq kriterji uniformi għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, huma meħtieġa bħala referenza għal leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni li għandha l-għan li tippermetti dawk l-investimenti.

    Jenħtieġ li klassifikazzjoni tal-Unjoni ta’ attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli tippermetti l-iżvilupp ta’ politiki futuri tal-Unjoni, inklużi standards mal-Unjoni kollha għal prodotti finanzjarji ambjentalment sostenibbli u eventwalment it-twaqqif ta’ tikketti li formalment jirrikonoxxu l-konformità ma’ dawk l-istandards madwar l-Unjoni. Rekwiżiti legali uniformi sabiex l-investimenti jitqiesu bħala investimenti ambjentalment sostenibbli, ibbażati fuq kriterji uniformi għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, huma meħtieġa bħala referenza għal leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni li għandha l-għan li tippermetti dawk l-investimenti. Ir-rekwiżiti legali uniformi għandhom, f’termini ta’ rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta għall-investituri u l-kumpaniji fir-rigward tal-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà, ikopru wkoll l-attivitajiet ekonomiċi transfruntiera u l-ktajjen ta’ valur tagħhom, billi jsir sforz ħalli jiġu inkorporati fl-istandards attwali tal-OECD (il-Linji Gwida tal-OECD għal kumpaniji transnazzjonali).

    Raġuni

    L-istandards futuri tas-sostenibbiltà fl-UE kollha jistgħu jiġu estiżi għal attivitajiet ekonomiċi transfruntiera u b’hekk isiru standards tal-OECD. B’dan il-metodu, ikunu jistgħu jiġu rreġistrati wkoll tranżazzjonijiet offshore, li ma jaqgħux b’mod espliċitu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-UE.

    Emenda 2

    Premessa 35

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi rieżaminat regolarment sabiex jivvaluta l-progress fuq l-iżvilupp ta’ kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal attivitajiet ambjentalment sostenibbli, l-użu tad-definizzjoni ta’ investiment ambjentalment sostenibbli, u jekk il-konformità mal-obbligi tirrikjedix l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ verifika. Jenħtieġ li r- rieżami jinkludi wkoll valutazzjoni ta’ jekk il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġx li jiġi estiż biex ikopri objettivi ta’ sostenibbiltà soċjali .

    Dan ir-Regolament se jiġi rieżaminat regolarment sabiex jivvaluta l-progress fuq l-iżvilupp ta’ kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal attivitajiet ambjentalment sostenibbli, l-użu tad-definizzjoni ta’ investiment ambjentalment sostenibbli, u jekk il-konformità mal-obbligi tirrikjedix l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ verifika. L-ewwel rieżami sal-31 ta’ Diċembru 2021 se jinkludi wkoll valutazzjoni tal-punt sa liema, u meta, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jista’ jiġi estiż biex ikopri objettivi relatati mal-aspetti soċjali tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli maħsuba li jsiru l-istrateġija l-ġdida tal-UE ta’ żvilupp fit-tul .

    Raġuni

    L-emenda għandha l-għan li tiżgura l-konsistenza mal-Klawsola ta’ Rieżami stabbilita fl-Artikolu 17 tal-proposta tal-Kummissjoni

    EMENDA 3

    Artikolu 13

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Is-salvagwardji minimi msemmija fl-Artikolu 3(c) għandhom ikunu proċeduri implimentati mill-impriża li tkun qed twettaq attività ekonomika biex tiżgura li jiġu osservati l-prinċipji u d-drittijiet stabbiliti fit-tmien konvenzjonijiet fundamentali identifikati fid-dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Fundamentali fuq il-Post tax-Xogħol, jiġifieri: id-dritt li ma jkunux soġġetti għal xogħol furzat, il-libertà ta’ assoċjazzjoni, id-dritt għall-organizzazzjoni tal-ħaddiema, id-dritt ta’ negozjar kollettiv, ir-remunerazzjoni ugwali għal ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ta’ valur ugwali, in-nondiskriminazzjoni fl-opportunità u t-trattament fir-rigward tal-impjiegi u tal-professjoni, kif ukoll id-dritt li ma jkunux soġġetti għat-tħaddim tat-tfal.

    Is-salvagwardji minimi msemmija fl-Artikolu 3(c) għandhom ikunu proċeduri implimentati mill-impriża li tkun qed twettaq attività ekonomika biex tiżgura li jiġu osservati l-prinċipji u d-drittijiet stabbiliti fil- Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u fit-tmien konvenzjonijiet fundamentali identifikati fid-dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Fundamentali fuq il-Post tax-Xogħol, jiġifieri: id-dritt li ma jkunux soġġetti għal xogħol furzat, il-libertà ta’ assoċjazzjoni, id-dritt għall-organizzazzjoni tal-ħaddiema, id-dritt ta’ negozjar kollettiv, ir-remunerazzjoni ugwali għal ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ta’ valur ugwali, in-nondiskriminazzjoni fl-opportunità u t-trattament fir-rigward tal-impjiegi u tal-professjoni, kif ukoll id-dritt li ma jkunux soġġetti għat-tħaddim tat-tfal.

    Raġuni

    Aġġustament skont il-premessa 21 tal-proposta tal-Kummissjoni.

    EMENDA 4

    Artikolu 14

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Rekwiżiti għal kriterji tekniċi ta’ skrinjar

    Rekwiżiti għal kriterji tekniċi ta’ skrinjar

    (1)   Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar, adottati f’konformità mal-Artikoli 6(2), 7(2), 8(2), 9(2), 10(2) u 11(2), għandhom:

    (1)   Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar, adottati f’konformità mal-Artikoli 6(2), 7(2), 8(2), 9(2), 10(2) u 11(2), għandhom:

    (a)

    jidentifikaw l-aktar kontribuzzjonijiet potenzjali rilevanti għall-objettiv ambjentali partikolari, u jqisu mhux biss l-impatti fuq terminu qasir iżda anke l-impatti fuq terminu itwal ta’ attività ekonomika speċifika;

    (a)

    jidentifikaw l-aktar kontribuzzjonijiet potenzjali rilevanti għall-objettiv ambjentali partikolari, u jqisu mhux biss l-impatti fuq terminu qasir iżda anke l-impatti fuq terminu itwal f’termini ta’ sostenibbiltà ta’ attività ekonomika speċifika;

    (b)

    jispeċifikaw ir-rekwiżiti minimi li jenħtieġ li jiġu ssodisfati biex tiġi evitata ħsara sinifikanti għal kwalunkwe waħda mill-objettivi ambjentali rilevanti;

    (b)

    jispeċifikaw ir-rekwiżiti minimi li jenħtieġ li jiġu ssodisfati biex tiġi evitata ħsara sinifikanti għal kwalunkwe waħda mill-objettivi ambjentali rilevanti;

    (c)

    ikunu kwalitattivi jew kwantitattivi, jew it-tnejn li huma, u jinkludu livelli limiti meta possibbli;

    (c)

    ikunu kwalitattivi jew kwantitattivi, jew it-tnejn li huma, u jinkludu livelli limiti meta possibbli;

    (d)

    fejn xieraq, jibnu fuq l-iskemi ta’ tikkettar u ċertifikazzjoni tal-Unjoni, fuq metodoloġiji tal-Unjoni għall-valutazzjoni tal-impronta ambjentali, u fuq is-sistemi ta’ klassifikazzjoni statistika tal-Unjoni, u jqisu kull leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti rilevanti;

    (d)

    fejn xieraq, jibnu fuq l-iskemi ta’ tikkettar u ċertifikazzjoni tal-Unjoni, fuq metodoloġiji tal-Unjoni għall-valutazzjoni tal-impronta ambjentali, u fuq is-sistemi ta’ klassifikazzjoni statistika tal-Unjoni, u jqisu kull leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti rilevanti;

    (e)

    ikunu bbażati fuq evidenza xjentifika konklużiva u jqisu, meta rilevanti, l-prinċipju ta’ prekawzjoni stabbilit fl-Artikolu 191 tat-TFUE;

    (e)

    ikunu bbażati fuq evidenza xjentifika konklużiva u jqisu, meta rilevanti, l-prinċipju ta’ prekawzjoni stabbilit fl-Artikolu 191 tat-TFUE;

    (f)

    iqisu l-impatti ambjentali tal-attività ekonomika nnifisha, kif ukoll il-prodotti u s-servizzi pprovduti minn dik l-attività ekonomika, speċjalment billi jitqiesu l-produzzjoni, l-użu u t-tmiem tal-ħajja tagħhom;

    (f)

    iqisu l-impatti ambjentali tal-attività ekonomika nnifisha, kif ukoll il-prodotti u s-servizzi pprovduti minn dik l-attività ekonomika, speċjalment billi jitqiesu l-produzzjoni, l-użu u t-tmiem tal-ħajja tagħhom;

    (g)

    iqisu n-natura u l-iskala tal-attività ekonomika;

    (g)

    iqisu n-natura u l-iskala tal-attività ekonomika;

    (h)

    iqisu l-impatt potenzjali fuq il-likwidità fis-suq, ir-riskju li ċerti assi ma jiġux irkuprati bħala riżultat li jintilef il-valur minħabba t-tranżizzjoni għal ekonomija aktar sostenibbli, kif ukoll ir-riskju li jinħolqu inċentivi inkonsistenti;

    (h)

    ikopru l-attivitajiet ekonomiċi rilevanti kollha f’settur speċifiku u jiżguraw li dawk l-attivitajiet kollha jkunu trattati b’mod ugwali lejn objettiv ambjentali wieħed jew aktar, biex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizjoni fis-suq;

    (i)

    ikopru l-attivitajiet ekonomiċi rilevanti kollha f’settur speċifiku u jiżguraw li dawk l-attivitajiet kollha jkunu trattati b’mod ugwali lejn objettiv ambjentali wieħed jew aktar, biex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizjoni fis-suq;

    (i)

    ikunu stabbiliti biex jiffaċilitaw il-verifika ta’ konformità ma’ dawk il-kriterji kull fejn possibbli.

    (j)

    ikunu stabbiliti biex jiffaċilitaw il-verifika ta’ konformità ma’ dawk il-kriterji kull fejn possibbli.

     

    Raġuni

    (i)

    Il-proposta tal-Kummissjoni ma tispeċifikax it-tip ta’ impatt li qiegħda tanalizza.

    (ii)

    L-ittra (h) għandha titħassar, peress li l-kunċett ta’ sostenibbiltà ambjentali ma jkoprix il-kunċett tal-likwidità tas-suq.

    Emenda 5

    Artikolu 15

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Pjattaforma dwar Finanzi Sostenibbli

    Pjattaforma dwar Finanzi Sostenibbli

    (1)   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Pjattaforma dwar il-finanzi sostenibbli magħmula minn:

    (1)   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Pjattaforma dwar il-finanzi sostenibbli magħmula minn:

    (a)

    rappreżentanti ta’:

    (a)

    rappreżentanti ta’:

     

    (i)

    l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent;

     

    (i)

    l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent;

     

    (ii)

    l-Awtorità Superviżorja Ewropea;

     

    (ii)

    l-Awtorità Superviżorja Ewropea;

     

    (iii)

    il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

     

    (iii)

    il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

     

     

    (iv)

    il-pjattaforma tad-diversi partijiet interessati għall-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tal-UE;

    (b)

    esperti li jirrappreżentaw partijiet ikkonċernati privati rilevanti;

    (b)

    esperti li jirrappreżentaw partijiet ikkonċernati privati rilevanti;

    (c)

    esperti maħtura f’kapaċità personali, b’għarfien u esperjenza ppruvati fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament.

    (c)

    esperti maħtura f’kapaċità personali, b’għarfien u esperjenza ppruvati fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament.

    Emenda 6

    Artikolu 17(1)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Sal-31 ta’ Diċembru 2021 u sussegwentement kull tliet snin wara, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa:

    Sal-31 ta’ Diċembru 2021 u sussegwentement kull tliet snin wara, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa:

    (a)

    il-progress dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-iżvilupp tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli;

    (a)

    il-progress dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-iżvilupp tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli;

    (b)

    il-ħtieġa possibbli li jiġu riveduti l-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament biex titqies attività ekonomika ambjentalment sostenibbli;

    (b)

    il-ħtieġa possibbli li jiġu riveduti l-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament biex titqies attività ekonomika ambjentalment sostenibbli;

    (c)

    l-adegwatezza li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament biex ikopri objettivi oħrajn dwar is-sostenibbiltà, b’mod partikolari objettivi soċjali;

    (c)

    l-użu tad-definizzjoni ta’ investiment ambjentalment sostenibbli fid-dritt tal-Unjoni, u fil-livell tal-Istat Membru, inkluża l-adegwatezza tat-twaqqif ta’ mekkaniżmu ta’ verifika tal-konformità mal-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament;

    (d )

    l-użu tad-definizzjoni ta’ investiment ambjentalment sostenibbli fid-dritt tal-Unjoni, u fil-livell tal-Istat Membru, inkluża l-adegwatezza tat-twaqqif ta’ mekkaniżmu ta’ verifika tal-konformità mal-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    (d)

    Sal-31 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta biex testendi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament biex ikopri l-objettivi soċjali tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli .

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar divulgazzjonijiet relatati ma’ investimenti sostenibbli u riskji għas-sostenibbiltà u li jemenda d-Direttiva (UE) 2016/2341

    (COM(2018) 354 final)

    Emenda 7

    Premessa ġdida wara Premessa 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

     

    L-inkorporazzjoni ta’ fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-investiment, tista’ twassal benefiċċji lil hinn mis-swieq finanzjarji. Għalhekk huwa essenzjali li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex jippermettu l-komparabbiltà tal-investimenti u deċiżjonijiet ta’ investimenti infurmati. Barra minn hekk, sabiex jissodisfaw l-obbligi ta’ diliġenza dovuta dwar l-impatt u r-riskji għas-sostenibbiltà u sabiex jipprovdu informazzjoni sinifikanti lill-investituri aħħarin, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jeħtieġu divulgazzjoni affidabbli, komparabbli u armonizzata ta’ informazzjoni mill-kumpaniji li jkun sar investiment fihom. Dan il-proċess jista’ jirnexxi biss fejn jiddaħħlu fis-seħħ definizzjonijiet miftiehma legalment.

    Emenda 8

    Premessa 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Biex tiġi żgurata applikazzjoni koerenti ta’ dan ir-Regolament u li l-obbligi ta’ divulgazzjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament jiġu applikati b’mod ċar u konsistenti mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita definizzjoni armonizzata ta’ “investimenti sostenibbli”.

    Biex tiġi żgurata applikazzjoni koerenti ta’ dan ir-Regolament u li l-obbligi ta’ divulgazzjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament jiġu applikati b’mod ċar u konsistenti mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita definizzjoni ċara u armonizzata ta’ “investimenti sostenibbli” , u “riskji għas-sostenibbiltà”, u b’hekk tiġi evitata kwalunkwe sovrapożizzjoni fir-Regolament fejn ma jkunx f’konformità mal-prinċipji ta’ regolamentazzjoni u proporzjonalità aħjar . Id-definizzjoni ta’ investimenti sostenibbli tiżgura livell minimu ta’ konsistenza fost il-prodotti u s-servizzi finanzjarji u tiżgura wkoll li dawn l-investimenti għandhom impatt nett pożittiv f’termini ta’ prestazzjoni tas-sostenibbiltà. Minħabba n-natura multidimensjonali tas-sostenibbiltà – fis-sens tat-tliet dimensjonijiet ta’ sostenibbiltà ambjentali, soċjali u ta’ governanza – l-impatti pożittivi f’dimensjoni waħda mhux dejjem jistgħu jkunu akkumpanjati minn impatti pożittivi f’oħra, iżda l-prestazzjoni tas-sostenibbiltà netta, kif imkejla minn indikaturi tas-sostenibbiltà armonizzati, trid dejjem tkun konsiderevolment pożittiva. Id-definizzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà hija meħtieġa biex tiġi żgurata l-konsistenza fl-eżiti regolatorji, iżda hija maħsuba wkoll bħal għodda li qed tevolvi u dinamika biex jiġu integrati r-riskji emerġenti. Id-definizzjoni tinkludi l-impatt finanzjarju u mhux finanzjarju tan-nuqqas ta’ konsiderazzjoni tar-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza. Il-prestazzjoni tas-sostenibbiltà għandha titkejjel abbażi ta’ indikaturi tas-sostenibbiltà armonizzati li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea bħala materja ta’ urġenza u bl-użu tal-impriżi Ewropej u internazzjonali eżistenti.

    Emenda 9

    Artikolu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Definizzjonijiet

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (…)

    (…)

    (s)

    “parir dwar l-assigurazzjoni” tfisser parir kif definit fl-Artikolu 2(1)(15) tad-Direttiva (UE) 2016/97.

    (s)

    “parir dwar l-assigurazzjoni” tfisser parir kif definit fl-Artikolu 2(1)(15) tad-Direttiva (UE) 2016/97;

     

    (t)

    “riskji għas-sostenibbiltà” tfisser ir-riskji finanzjarji jew mhux finanzjarji, materjali jew li aktarx iseħħu, marbuta ma’ riskji u fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza, fejn materjali għal approċċ ta’ investiment partikolari; “ir-riskji għas-sostenibbiltà” jinkludu:

    (i)

    riskji għal żmien qasir u/jew twil għar-ritorn ta’ prodott finanzjarju jew tal-pensjoni li jinħolqu mill-espożizzjoni tiegħu għall-attivitajiet ekonomiċi li jista’ jkollhom impatt ambjentali jew soċjali negattiv, jew mill-espożizzjoni tal-prodott għall-entitajiet li jsir investiment fihom li juru governanza ħażina;

    (ii)

    ir-riskju għal żmien qasir u/jew twil li l-attivitajiet ekonomiċi li huwa espost għalihom prodott finanzjarju jew ta’ pensjoni għandhom impatti negattivi fuq l-ambjent naturali, fuq il-forzi tax-xogħol u l-komunitajiet, jew fuq il-governanza tal-entitajiet li jsir investiment fihom, inkluż iżda mhux limitat għal meta marbuta ma’ riskju finanzjarju msemmi fil-punt (i).

    II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

    IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

    1.

    huwa tal-fehma, li finanzi (1) sostenibbli jikkontribwixxu sabiex jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ambjentali fid-deċiżjonijiet tal-investiment (tibdil fil-klima, id-degradazzjoni ambjentali, it-telf tal-bijodiversità u t-tnaqqis tar-riżorsi) flimkien ma’ konsiderazzjonijiet soċjali (eż. kundizzjonijiet ħżiena tax-xogħol) u kwistjonijiet ta’ governanza korporattiva (l-hekk imsejħa fatturi ta’ governanza);

    2.

    jtenni l-impenn tiegħu fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u favur l-iżvilupp sostenibbli fi ħdan l-Aġenda tan-NU adottata fl-2015 bis-17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli tagħha (SDGs);

    3.

    iqis li jkun utli li jiġu kkunsidrati l-indikaturi sintetiċi ta’ żvilupp fl-Ewropa li jinkludu biżżejjed aspetti differenti marbutin ma’ dan l-iżvilupp, bħas-sostenibbiltà. L-Indiċi tal-Progress Soċjali Reġjonali, li d-Direttorat Ġenerali tal-Politika Reġjonali u Urbana tal-Kummissjoni Ewropea diġà qed jiżviluppa għar-reġjuni Ewropej kollha, jista’ jintuża bħala l-punt ta’ tluq;

    4.

    jenfassiza t-twemmin tiegħu li huma meħtieġa investimenti sostanzjali biex jiġu mirbuħa l-isfidi tat-tibdil fil-klima u l-iżvilupp sostenibbli, u li dan ma jistax jitwettaq biss b’fondi pubbliċi (2);

    5.

    huwa konxju tal-fatt li t-tibdil fil-klima jkompli jżid mal-kwistjoni ta’ kapitalizzazzjoni tal-banek u l-istabbiltà finanzjarja insuffiċjenti, billi joħloq riskji fiżiċi u tranżitorji ġodda addizzjonali għas-settur finanzjarju;

    6.

    jilqa’ għalhekk b’sodisfazzjon il-“Pjan ta’ Azzjoni: Il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli” tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Marzu 2018 u jaqbel mal-għanijiet stabbiliti hemmhekk u max-xewqa li s-settur finanzjarju u investituri privati jkollhom is-setgħa li jagħtu l-kontribut tagħhom fil-kisba tal-għanijiet komuni u ambizzjużi ta’ sostenibbiltà u tal-klima;

    7.

    jistieden lill-Kummissjoni, biex waqt l-eżaminazzjoni ta’ jekk ir-riskji marbuta mal-klima u fatturi ambjentali oħra jistgħux jiġu inklużi fl-istrateġiji għall-immaniġġjar tar-riskji tal-istituzzjonijiet u fil-kalibrar potenzjali tar-rekwiżiti ta’ kapital tal-banek bħala parti mir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital (CRR) u d-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital (CRD), tassigura li – taħt kunsiderazzjoni tal-kriterji objettivi għall-eżaminazzjoni – m’għandux ikun hemm rekwiżiti ta’ kapital aktar baxxi, meta veru li r-riskju għas-sostenibbiltà ambjentali jew dak marbut mar-responsabbiltà soċjali jkun baxx imma r-riskju ekonomiku mbagħad ikun għoli;

    8.

    jappella lill-Kummissjoni, biex tiċċara kif l-objettivi tal-Pjan ta’ Azzjoni jistgħu jiġu bbilanċjati, minkejja li dawn sa ċertu punt jinsabu f’kunflitt, filwaqt li tkun ippreservata l-istabbiltà finanzjarja; jindika li l-appoġġ ta’ finanzjament sostenibbli ma jistax iseħħ għad-detriment tal-istabbiltà tas-suq finanzjarju;

    9.

    jemmen li dan il-Pjan ta’ Azzjoni u l-implimentazzjoni tiegħu għandhom jitqiesu fil-kuntest tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, li kienu stabbiliti min-Nazzjonijiet Uniti fl-2015 b’ħarsa lejn l-2030, kif ukoll ir-rieda li ddikjarat l-UE, sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet;

    10.

    Jindika, f’dan ir-rigward, li l-KtR huwa attiv fil-pjattaforma tad-diversi partijiet interessati ta’ livell għoli, li fiha l-Kummissjoni tingħata pariri u appoġġ dwar il-kwistjoni ta’ kif l-aħjar jiġu implimentati l-objettivi ta’ sostenibbiltà fl-UE; u jindika li permezz tar-rakkomandazzjonijiet tal-pjattaforma joħroġ biċ-ċar kemm hi importanti l-mobilizzazzjoni ta’ mezzi adegwati biex jintlaħqu l-objettivi ta’ sostenibbiltà, u li dawn ir-rakkomandazzjonijiet jinkludu suġġerimenti konkreti;

    11.

    jinsab imħasseb dwar il-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima fl-UE u globalment, u jfakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali ħafna drabi jkunu minn ta’ quddiem nett sabiex itaffu l-ħsara kkawżata minn fenomeni naturali li qed isiru dejjem aktar estremi u sabiex jinvestu f’miżuri ta’ adattament (3);

    12.

    jenfasizza li l-effetti (4) ta’ diżastri naturali kkawżati mill-klima jinħassu direttament fl-awtoritajiet lokali u reġjonali u li dawn igawdu wkoll mis-salvagwardja fuq terminu twil tal-kompetittività tal-ekonomija tal-UE u mill-opportunitajiet ġodda iktar sostenibbli ta’ investiment u ta’ impjieg;

    13.

    jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli mill-parti l-kbira tal-investiment fl-infrastruttura tat-trasport, t-telekomunikazzjoni, l-enerġija, l-ilma u l-immaniġjar tal-iskart, li huma importanti għal żvilupp sostenibbli usa’; fid-dawl ta’ dan jenfasizza li l-LRAs qegħdin jaqdu rwol ewlieni fil-bini ta’ reżiljenza għal avvenimenti naturali negattivi komuni relatati mal-klima li dejjem qed jiżdiedu;

    14.

    jappoġġja l-prattika tal-Kummissjoni li qed issaħħaħ l-appoġġ tekniku u finanzjarju għall-proġetti sostenibbli bħala parti mill-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa permezz tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (EFSI) u ċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti, u l-Portal tal-UE ta’ Konsulenza għall-Investimenti, li mill-kapaċitajiet ta’ konsulenza tiegħu se jgawdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali; jilqa’ wkoll il-promozzjoni parallela ta’ investimenti sostenibbli fil-pajjiżi msieħba permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), li jibda mill-Afrika u l-pajjiżi ġirien tal-UE fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Investiment Estern (EIP), li permezz tiegħu jiġu ffinanzjati l-agrikultura sostenibbli, il-konnettività u l-ħolqien ta’ impjiegi deċenti;

    15.

    jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li hemm rabta bejn l-edukazzjoni u l-istandards tal-għajxien taċ-ċittadini tal-UE u l-għarfien tagħhom dwar il-ħtieġa ta’ sistema finanzjarja sostenibbli u l-opportunitajiet tagħha, kif ukoll l-abbiltà tagħhom li jipparteċipaw fiha billi jagħmlu l-investimenti tagħhom stess fi prodotti finanzjarji sostenibbli; Fi kwalunkwe każ, l-Ewropej għandhom jiġu pprovduti b’informazzjoni aħjar dwar it-tkabbir sostenibbli biex ikunu aktar konxji dwar l-aspetti varji tiegħu;

    16.

    huwa tal-fehma li l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għandha tippromovi aktar għanijiet fit-tul tal-attivitajiet ekonomiċi, filwaqt li jitqiesu l-konsegwenzi soċjali potenzjali tal-attività ekonomika fl-Ewropa u globalment;

    17.

    jitlob, għaldaqstant, lill-Kummissjoni biex tkompli tfittex li tillimita li s-swieq finanzjarji joperaw bil-ħsieb fuq terminu qasir tipiku tagħhom, u jirrimarka li dan tal-aħħar jidher fil-biċċa l-kbira li jkollu impatt negattiv fuq it-tmexxija u l-istrateġija ta’ kemm kumpaniji elenkati kbar kif ukoll dawk iżgħar;

    18.

    huwa favur li dan il-Pjan ta’ Azzjoni bl-ewwel tliet proposti leġislattivi, li ġew ippubblikati fl-24 ta’ Mejju 2018, tmexxa ’l quddiem malajr: il-proposta għal Regolament dwar it-twaqqif ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, il-proposta għal Regolament dwar divulgazzjonijiet relatati ma’ investimenti sostenibbli u riskji għas-sostenibbiltà, u l-proposta għal Regolament dwar parametri referenzjarji b’livell baxxta’ karbonju u parametri referenzjarji b’livell ta’ karbonju b’impatt pożitti; kif ukoll it-tnedija ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-integrazzjoni tas-sostenibbiltà fit-testijiet ta’ adegwatezza;

    19.

    jenfasizza li l-SMEs u l-intrapriżi tal-familja għandhom relazzjoni aktar diretta mal-impatt ambjentali u soċjali tan-negozju tagħhom u atteġġjament intrinsikament differenti fejn jidħlu aspetti tas-sostenibbiltà u l-governanza tiegħu; jinnota, madankollu, li sikwit iħabbtu wiċċhom ma’ spiża ogħla tal-kapital u aktar diffikultajiet biex jaċċessaw is-swieq finanzjarji;

    20.

    jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta mill-aktar fis possibbli proposti biex jiġu implimentati l-bqija tal-objettivi tal-Pjan ta’ Azzjoni;

    21.

    jiddispjaċih li l-Kummissjoni fil-Pjan ta’ Azzjoni tagħha – li fih jingħad li l-unika fond tal-investiment previst fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid jista’ jipprovdi biss dawn il-fondi – ma segwietx ir-rakkomandazzjoni tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar it-twaqqif ta’ “Infrastruttura Sostenibbli għall-Ewropa”, li tista’ sservi bħala appoġġ għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ infrastruttura sostenibbli fl-Istati Membri kollha, proġetti li jistgħu jkunu ta’ valur speċjalment għall-awtoritajiet reġjonali u lokali;

    22.

    jenfasizza li xi awtoritajiet reġjonali u lokali joħorġu huma stess prodotti finanzjarji sostenibbli bħal bonds ekoloġiċi lokali jew reġjonali kif ukoll bonds soċjali u sostenibbli; Huwa importanti li jkunu appoġġjati dawn l-inizjattivi, kemm billi jiġu żviluppati prattiki komuni għal bonds kif ukoll billi tissaħħaħ l-istabbiltà finanzjarja tal-emittenti permezz tal-kooperazzjoni, pereżempju bl-użu ta’ garanziji konġunti u simili;

    23.

    jirrimarka l-eżempju tal-Pajjiż Bask, li riċentament introduċa “Qafas għal bonds sostenibbli” (5), fejn il-qligħ mill-bejgħ tal-bonds jista’ jintuża biex jiġu ffinanzjati djar bi prezzijiet affordabbli, l-aċċess għall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, proġetti li jippromovu l-użu ta’ enerġiji rinnovabbli, il-prevenzjoni tat-tniġġis u ħafna investimenti sostenibbli oħrajn f’oqsma varji stabbiliti mill-qafas. Eżempju tajjeb ieħor huwa l-emittenti tas-settur pubbliku Nordiku ta’ bonds ekoloġiċi, li fl-2017 ippubblikaw qafas ta’ rappurtar konġunt li ntlaqa’ b’mod pożittiv fis-suq (6);

    24.

    isaħħaħ l-appoġġ tiegħu għall-introduzzjoni ta’ Taxxa fuq it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji (TTF) fuq bażi wiesgħa fl-UE (7); jenfasizza li din it-taxxa, jekk imfassla kif suppost, tista’ tippromovi l-kultura favur pjanijiet fuq terminu twil fis-swieq finanzjarji;

    25.

    jenfasizza, li TTF – fost vantaġġi oħrajn – tkun tista’ toffri wkoll il-possibbiltà, li tmexxi flussi kapitali f’investimenti sostenibbli; dan jista’ jseħħ billi tranżazzjonijiet dovuti lill-iktar investimenti sostenibbli jiġu eżentati mit-taxxa fuq it-transazzjonijiet jew intaxxati b’inqas skont il-qafas tal-UE biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli;

    26.

    jilqa’ l-fatt li skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid (QFP) huwa propost ukoll li l-Programm InvestEU tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 2018, jimmira wkoll li jagħti kontribut għall-bini ta’ sistema finanzjarja sostenibbli fl-UE, u għall-promozzjoni ta’ riorjentazzjoni ta’ kapital privat lejn investimenti sostenibbli, fejn madwar 30 % tal-garanzija baġitarja proposta tal-InvestEU ta’ EUR 38 biljun, jiġu ddestinati għall-infrastruttura sostenibbli;

    27.

    jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll il-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni tipprevedi li l-kontribuzzjoni ta’ InvestEU għall-objettivi tal-UE dwar il-klima se tkun soġġetta għall-prova tas-sostenibbiltà skont il-linji gwida dwar l-investiment li jenħtieġ li jkunu żviluppati mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-imsieħba li jimplimentaw taħt il-Programm InvestEU u l-użu tal-kriterji, li għandhom jiġu stabbiliti skont ir-Regolament propost li jistabbilixxi qafas għall-faċilitazzjoni ta’ investimenti sostenibbli;

    28.

    peress li l-SMEs huma l-entitajiet li jiffaċċjaw l-aktar diffikultajiet biex ibiddlu l-attività ekonomika tagħhom u jagħmluha aktar sostenibbli, iqis li t-tieqa ta’ politika tal-SMEs tal-programm InvestEU għandha tinkludi inċentivi b’saħħithom biex tiġi appoġġjata din il-bidla;

    29.

    jenfasizza, li l-iżvilupp sostenibbli fis-swieq finaznjarji u lil hinn jeħtieġ, li fl-ispettru sħiħ tal-attivitajiet ekonomiċi jkun hemm l-inċentivi adegwati; jsostni li suq effiċjenti regolat tal-permessi ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra fir-rigward tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ETS) jista’ jkollu rwol deċiżiv fil-ħolqien tal-inċentivi adegwati għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, sakemm dawn flimkien ma’ politika ambizzjuża jiġu tradotti fl-oqsma tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli; jiddispjaċih għalhekk dwar ir-riżultati diżappuntanti tal-ETS fil-forma attwali tiegħu bil-prezzijiet tal-permessi ta’ emissjonijiet li qed ikomplu jkunu baxxi wisq; jindika l-appell tiegħu li sehem minimu tal-qligħ mill-irkant tal-ETS għandu jiġi amministrat direttament mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u użat għal investimenti fit-tisħiħ tar-reżistenza lokali (8);

    30.

    jinkoraġġixxi, barra minn hekk, li l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri u LRAs jindirizzaw bis-sħiħ l-iżvilupp sostenibbli, u biex jiġi żgurat li l-UE tkun attur ewlieni f’dan il-qasam fil-livell internazzjonali, għandhom jiġu sfruttati bis-sħiħ l-opportunitajiet ta’ innovazzjoni u żvilupp relatati mat-tranżizzjoni gradwali lejn mudell ekonomiku u finanzjarju ġdid;

    Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar it-twaqqif ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli

    31.

    jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jistabbilixxi qafas biex jiffaċilita l-investimenti sostenibbli, li jippermetti l-iżvilupp ta’ qafas ikkoordinat fuq il-livell tal-UE sabiex tiġi evalwata s-sostenibbiltà, u li hija prekundizzjoni biex jintlaħqu ħafna mill-miri konkreti tal-Kummissjoni skont il-Pjan ta’ Azzjoni tagħha. B’segwitu għar-Regolament propost, il-KtR iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex taħdem fuq l-iżvilupp ta’ “Ekotikketta” tal-UE għal prodotti finanzjarji sostenibbli;

    32.

    jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni, espressa fil-Pjan ta’ Azzjoni, biex fl-2019 tressaq proposti għal “Bonds Ekoloġiċi tal-UE”, abbażi tal-kriterji stabbiliti f’dan ir-“regolament qafas” peress li tali standard iqajjem kuxjenza u jsaħħaħ il-fiduċja tal-investituri u b’hekk jiġi stabbilit suq wiesa’ u likwidu għal investimenti sostenibbli;

    33.

    jiddispjaċih, madankollu, li hemm enfasi unilaterali fuq aspetti ambjentali tas-sostenibbiltà fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni, speċjalment fil-“proposta qafas”, jisħaq li kwistjonijiet soċjali huma parti mis-sostenibbiltà bħalma huma l-aspetti ambjentali u li l-kwistjonijiet ta’ governanza huma relevanti wkoll fuq l-istess livell, speċjalment fir-rigward tal-investimenti;

    34.

    jiffavorixxi implimentazzjoni f’waqtha u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi, malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mill-ewwel rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament dwar qafas li jiffaċilita l-investiment sostenibbli, informazzjoni dwar meta u kif qed tipproponi l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-inklużjoni ta’ definizzjonijiet u kriterji, li permezz tagħhom l-investituri jkunu jistgħu jaraw jekk attività ekonomika hijiex sostenibbli skont l-objettivi kollha tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli;

    35.

    jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta wkoll dwar x’għamlet biex l-approċċi lejn ġestjoni sostenibbli tas-sistema finanzjarja jsiru standards tal-OECD;

    36.

    jitlob l-introduzzjoni ta’ obbligi legalment vinkolanti ta’ diliġenza dovuta għall-investituri u l-kumpaniji biex jiġu rrispettati d-drittijiet tal-bniedem, dan għandu jkun validu wkoll għal attivitajiet ta’ kumpaniji kbar f’pajjiż ieħor u l-ktajjen ta’ valur tagħhom;

    37.

    jikkondividi (stipulat fil-premessa 36) il-fehma tal-Kummissjoni li hemm il-valur miżjud Ewropew fl-introduzzjoni fuq livell Ewropew ta’ sistema komuni ta’ klassifikazzjoni fl-UE kollha għall-kriterji tad-definizzjoni li għal skopijiet ta’ investiment jidhru sostenibbli, u b’hekk ikunu jaqblu mal-impenji u għanijiet ambjentali u klimatiċi tal-UE filwaqt li tiġi evitata spiża kbira ta’ frammentazzjoni tas-suq. Ir-Regolament propost għalhekk huwa konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE;

    38.

    jinnota li l-proposta għal Regolament hija kompatibbli mal-prinċipju ta’ proporzjonalità;

    Proposta dwar divulgazzjonijiet relatati ma’ investimenti sostenibbli u riskji għas-sostenibbiltà

    39.

    jagħraf l-importanza tar-rispett għall-prinċipju ta’ proporzjonalità u għall-istabbiliment ta’ qafas regolatorju – li jiffoka fuq għanijiet sostenibbli – għat-trasparenza u d-divulgazzjoni fil-kuntest tal-kunsiderazzjoni tal-interessi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li għandhom importanza partikolari għan-negozji lokali u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u importanti immens għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju bħal banek ta’ tfaddil u kooperattivi, u jenfasizza li dan kollu għandu jiġi kkunsidrat;

    40.

    jagħraf li l-proposta tiżgura l-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità;

    Parametri referenzjarji b’livell baxx ta’ karbonju u b’livell ta’ karbonju b’impatt pożittiv

    41.

    huwa tal-opinjoni li l-proposta tikkonforma mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità.

    Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

    Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

    Karl-Heinz LAMBERTZ


    (1)  Il-kunċett ta’ sostenibilità, skont il-Kummissjoni Bruntland, jista’ jiġi definit bħala “żvilupp li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-preżent mingħajr ma tiġi kompromessa l-kapaċità tal-ġenerazzjonijiet futuri.” Is-sostenibbiltà fil-kuntest tat-tkabbir sostenibbli fl-Unjoni Ewropea hija l-prinċipju gwida ġenerali li jorbot flimkien l-ekoloġija, l-ekonomija u r-responsabbiltà soċjali.

    (2)  Opinjoni tal-KtR, dwar Il-finanzjament tal-azzjoni klimatika: għodda essenzjali għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi, COR-2017-02108.

    (3)  Opinjoni tal-KtR, dwar Il-finanzjament tal-azzjoni klimatika: għodda essenzjali għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi, COR-2017-02108.

    (4)  Il-pjan ta’ azzjoni inkwistjoni juri li bejn l-2007 u l-2016, l-okkorrenza annwali ta’ diżastri naturali relatati mat-temp żdiedet b’46 %, u t-telf ekonomiku kkawżat minn dawn l-avvenimenti żdied b’86 % (li ammonta għal EUR 117 biljun fl-2016).

    (5)  http://www.euskadi.eus/contenidos/informacion/7071/es_2333/Basque%20Government%20Sustainability%20 Bond%20Framework_2018.pdf.(Mhux disponibbli bil-Malti)

    (6)  Nordic Public Sector Issuers: Position Paper on Green Bonds Impact Reporting (Emittenti tas-settur pubbliku Nordiku: Opinjoni dwar l-Impatt tal-Bonds Ekoloġiċi);

    https://www.munifin.fi/recents/news/2017/ 10/24/nordic-issuers-release-guide- on-green-bonds-impact-reportingMhux disponibbli bil-Malti)

    (7)  Ara l-Opinjoni tal-KtR ta’ Frar 2012 dwar Sistema Komuni għal Taxxa Fuq it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji. CdR 332/2011 fin (ĠU C 113, 18.4.2012, p. 7).

    (8)  Opinjoni tal-KtR, dwar Il-finanzjament tal-azzjoni klimatika: għodda essenzjali għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi, COR-2017-02108.


    Top