Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0550

    Kawża T-550/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2018 – Troszczynski vs Il-Parlament (“Dritt istituzzjonali – Membru tal-Parlament Ewropew – Privileġġi u immunitajiet – Deċiżjoni li titneħħa l-immunità parlamentari – Attività mhux marbuta mal-funzjonijiet ta’ deputat – Proċedura għat-tneħħija tal-immunità – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Dannu – Rabta kawżali”)

    ĠU C 4, 7.1.2019, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.1.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 4/28


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2018 – Troszczynski vs Il-Parlament

    (Kawża T-550/17) (1)

    (“Dritt istituzzjonali - Membru tal-Parlament Ewropew - Privileġġi u immunitajiet - Deċiżjoni li titneħħa l-immunità parlamentari - Attività mhux marbuta mal-funzjonijiet ta’ deputat - Proċedura għat-tneħħija tal-immunità - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Dannu - Rabta kawżali”)

    (2019/C 4/38)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Mylène Troszczynski (Noyon, Franza) (rappreżentant: F. Wagner, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment M. Dean u S. Alonso de León, sussegwentement S. Alonso de León, N. Görlitz u S. Seyr, aġenti)

    Suġġett

    Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-14 ta’ Ġunju 2017 li permezz tagħha l-Parlament neħħa l-immunità tar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kumpens tad-dannu morali allegatament imġarrab mir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Mylène Troszczynski hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 357, 23.10.2017.


    Top