Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0544(01)

    Kawża T-544/13 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2018 – Dyson vs Il-Kummissjoni (“Direttiva 2010/30/UE – Indikazzjoni, permezz ta’ ttikkettjar u ta’ informazzjoni standard tal-prodott, dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija – Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva – Ittikkettjar enerġetiku tal-vacuum cleaners – Element essenzjali ta’ att ta’ awtorizzazzjoni”)

    ĠU C 4, 7.1.2019, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.1.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 4/20


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2018 – Dyson vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-544/13 RENV) (1)

    (“Direttiva 2010/30/UE - Indikazzjoni, permezz ta’ ttikkettjar u ta’ informazzjoni standard tal-prodott, dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija - Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva - Ittikkettjar enerġetiku tal-vacuum cleaners - Element essenzjali ta’ att ta’ awtorizzazzjoni”)

    (2019/C 4/27)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Dyson Ltd (Malmesbury, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: F. Carlin, barrister, E. Batchelor u M. Healy, solicitors, assistiti minn A. Patsa, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, K. Herrmann u K. Talabér-Ritz, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-vacuum cleaners (ĠU 2013, L 192, p. 1).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-vacuum cleaners, huwa annullat.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċedura ta’ appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.


    (1)  ĠU C 344, 23.11.2013.


    Top