Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0666

    Kawża C-666/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Paris (Franza) fl-24 ta Ottubru 2018 – IT Development SAS vs Free Mobile SAS

    ĠU C 4, 7.1.2019, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.1.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 4/19


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Paris (Franza) fl-24 ta Ottubru 2018 – IT Development SAS vs Free Mobile SAS

    (Kawża C-666/18)

    (2019/C 4/26)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour d’appel de Paris

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: IT Development SAS

    Konvenuta: Free Mobile SAS

    Domanda preliminari

    Il-fatt li persuna mogħtija liċenzja ta’ softwer ma tosservax it-termini ta’ kuntratt ta’ liċenzja ta’ softwer (bl-iskadenza ta’ perijodu ta’ prova, bil-fatt li jinqabeż in-numru ta’ utenti awtorizzati jew unità ta’ kejl oħra, bħall-proċessuri li jistgħu jintużaw sabiex jiġu eżegwiti l-istruzzjonijiet tas-softwer, jew billi jiġi emendat il-kodiċi sors tas-softwer meta l-liċenzja tirriżerva dan id-dritt lid-detentur inizjali) jikkostitwixxi:

    kontrafazzjoni (fis-sens tad-Direttiva 2004/48 tad-29 ta’ April 2004 (1)) imġarrba mid-detentur tad-drittijiet tal-awtur fuq is-softwer irriżervati mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/24/KE tat-23 ta’ April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (2),

    jew jista’ jaqa’ taħt sistema legali distinta, bħas-sistema tar-responsabbiltà kuntrattwali taħt id-dritt komuni?


    (1)  Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).

    (2)  Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (ĠU 2009, L 111, p. 16).


    Top