Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0640

    Kawża C-640/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Mons (il-Belġju) fit-12 ta’ Ottubru 2018 – Wagram Invest SA vs L-Istat Belġjan

    ĠU C 4, 7.1.2019, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.1.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 4/14


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Mons (il-Belġju) fit-12 ta’ Ottubru 2018 – Wagram Invest SA vs L-Istat Belġjan

    (Kawża C-640/18)

    (2019/C 4/18)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour d’appel de Mons

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Wagram Invest SA

    Konvenut: L-Istat Belġjan

    Domandi preliminari

    1)

    Il-kunċett ta’ stampa vera u ġusta msemmija fl-Artikolu 2(3) tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill Nru 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju tal-1978 dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (1) jawtorizza, meta jkun hemm xiri ta’ attiv finanzjarju fiss minn kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata, ir-reġistrazzjoni bħala telf fil-kont tal-qligħ u t-telf ta’ skont marbut ma’ dejn ta’ iktar minn sena, mingħajr interessi, u r-reġistrazzjoni tal-prezz ta’ akkwist tal-attiv fiss bħala attiv fil-karta tal-bilanċ wara t-tnaqqis tal-imsemmi skont, fid-dawl tal-prinċipji ta’ evalwazzjoni li jidhru fl-Artikolu 32 tad-direttiva msemmija iktar ’il fuq?

    2)

    Il-formula “f’każijiet eċċezzjonali” li tikkundizzjona l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(5) tad-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta’ Lulju tal-1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji u li tippermetti li tiġi miċħuda l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni (oħra) tal-imsemmija direttiva għandha tiġi interpretata f’sens li din id-dispożizzjoni tista’ tapplika biss sa fejn jiġi kkonstatat li l-osservanza tal-prinċipju ta’ stampa vera u ġusta ma tistax tintlaħaq bl-osservanza tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, jekk ikun il-każ, flimkien ma’ riferiment komplementari fl-annessi skont l-Artikolu 2(4) tal-imsemmija direttiva?

    3)

    L-Artikolu 2(4) tad-direttiva msemmija iktar ’il fuq għandu jiġi applikat bi prijorità b’mod li huwa biss jekk riferiment komplementari ma jippermettix li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-prinċipju ta’ stampa vera u ġusta stipulat mill-Artikolu 2(3) tal-imsemmija direttiva li tista’ ssir applikazzjoni tal-possibbiltà li tiġi miċħuda l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ din id-direttiva prevista mill-Artikolu 2(5) tagħha u dan, biss f’każijiet eċċezzjonali?


    (1)  Ir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill Nru 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju tal-1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 21).


    Top