This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0583
Case T-583/17: Action brought on 25 August 2017 — EOS Deutscher Inkasso-Dienst v EUIPO — IOS Finance EFC (IOS finance)
Kawża T-583/17: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2017 – EOS Deutscher Inkasso-Dienst vs EUIPO – IOS Finance EFC (IOS finance)
Kawża T-583/17: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2017 – EOS Deutscher Inkasso-Dienst vs EUIPO – IOS Finance EFC (IOS finance)
ĠU C 338, 9.10.2017, p. 21–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/21 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2017 – EOS Deutscher Inkasso-Dienst vs EUIPO – IOS Finance EFC (IOS finance)
(Kawża T-583/17)
(2017/C 338/24)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: EOS Deutscher Inkasso-Dienst GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Sorg, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: IOS Finance EFC, SA (Barcelona, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “IOS FINANCE” – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 544 061
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ R 2262/2016-2
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |