Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0048

    Kawża T-48/16 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Awwissu 2017 – Sigma Orionis vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Klawżola ta’ arbitraġġ — Is-seba’ programm qafas tal-Komunità Ewropea (2007-2013) u programm qafas Horizon 2020 għar-riċerka u l-innovazzjoni — Deċiżjoni li l-pagamenti jiġu sospiżi u li kuntratti ta’ sussidju jiġu xolti wara awditjar finanzjarju — Sommom allegatament dovuti mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti ta’ sussidju — Talba għad-danni — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi”)

    ĠU C 338, 9.10.2017, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 338/14


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Awwissu 2017 – Sigma Orionis vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-48/16 R)

    ((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Klawżola ta’ arbitraġġ - Is-seba’ programm qafas tal-Komunità Ewropea (2007-2013) u programm qafas Horizon 2020 għar-riċerka u l-innovazzjoni - Deċiżjoni li l-pagamenti jiġu sospiżi u li kuntratti ta’ sussidju jiġu xolti wara awditjar finanzjarju - Sommom allegatament dovuti mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti ta’ sussidju - Talba għad-danni - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi”))

    (2017/C 338/14)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sigma Orionis SA (Valbonne, Franza) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis u M. Siekierzyńska, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-ħlas immedjat mill-Kummissjoni tad-diversi sommom abbażi ta’ diversi ftehimiet ta’ sussidju u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ xoljiment ta’ dawn il-ftehimiet.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top