Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0076

    Kawża C-76/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky – is-Slovakkja) – INGSTEEL spol. sro, Metrostav as vs Úrad pre verejné obstarávanie Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Artikolu 47(1), (4) u (5) — Kapaċità ekonomika u finanzjarja tal-offerent — Direttivi 89/665/KEE u 2007/66/KE — Appell ġudizzjarju kontra deċiżjoni ta’ esklużjoni ta’ offerent minn proċedura ta’ sejħa għal offerti — Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Dritt għal rimedju effettiv

    ĠU C 293, 4.9.2017, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 293/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky – is-Slovakkja) – INGSTEEL spol. sro, Metrostav as vs Úrad pre verejné obstarávanie

    (Kawża C-76/16) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 47(1), (4) u (5) - Kapaċità ekonomika u finanzjarja tal-offerent - Direttivi 89/665/KEE u 2007/66/KE - Appell ġudizzjarju kontra deċiżjoni ta’ esklużjoni ta’ offerent minn proċedura ta’ sejħa għal offerti - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt għal rimedju effettiv)

    (2017/C 293/06)

    Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

    Qorti tar-rinviju

    Najvyšší súd Slovenskej republiky

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: INGSTEEL spol. sro, Metrostav as

    Konvenut: Úrad pre verejné obstarávanie

    fil-preżenza ta’: Slovenský futbalový zväz

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 47(1)(a) u (4) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix awtorità kontraenti milli teskludi offerent ta’ kuntratt pubbliku, minħabba li dan tal-aħħar ma jissodisfax il-kundizzjoni dwar il-kapaċità ekonomika u finanzjarja stabbilita mill-avviż tal-kuntratt, dwar il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat maħruġ minn stabbiliment bankarju li jipprovdi li dan tal-aħħar jintrabat sabiex jagħti self għall-ammont stabbilit f’dan l-avviż tal-kuntratt u sabiex jiggarantixxi lil dan l-offerent id-disponibbiltà ta’ dan l-ammont matul it-tul kollu tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

    2)

    LArtikolu 47(5) tad-Direttiva 2004/18 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta avviż tal-kuntratt ikun jeħtieġ il-produzzjoni ta’ ċertifikat maħruġ minn stabbiliment bankarju skont liema dan tal-aħħar jintrabat li jagħti self għall-ammont stabbilit f’dan l-avviż tal-kuntratt u sabiex jiggarantixxi lil dan l-offerent id-disponibbiltà ta’ dan l-ammont mat-tul kollu tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt, il-fatt li l-istabbilimenti bankarji mitluba mill-offerent ma jqisux ruħhom f’pożizzjoni li jagħtuh ċertifikat fit-termini hekk ippreċiżati, jista’ jikkostitwixxi “raġuni valida”, fis-sens ta’ dan l-artikolu, li jawtorizza, jekk ikun il-każ, l-imsemmi offerent jipprova l-kapaċità ekonomika u finanzjarja tiegħu permezz ta’ kwalunkwe dokument ieħor ikkunsidrat xieraq mill-awtorità kontraenti, sakemm dan l-offerent kien fl-impossibbiltà oġġettiva li jipproduċi r-referenzi mitluba mill-awtorità kontraenti, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


    (1)  ĠU C 270, 25.7.2017.


    Top