EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0257

Kawża T-257/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2017 – RE vs Il-Kummissjoni

ĠU C 221, 10.7.2017, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/33


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2017 – RE vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-257/17)

(2017/C 221/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: RE (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni impliċita tad-direttorat tas-sigurtà li b’mod taċitu tiċħad it-talba konfermattiva għal aċċess għal dokumenti mressqa mir-rikorrent fl-20 ta’ Jannar 2017;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent kumpens ġust u ekwu għad-dannu morali mġarrab minħabba r-rifjut illegali li tiġi ttrattata t-talba tiegħu għal aċċess għal dokumenti bi ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1049/2001 (1); u,

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tar-rikorrent f’dawn il-proċeduri

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni impliċita kkontestata msemmija hawn fuq għal żewġ raġunijiet: l-ewwel nett, għaliex id-deċiżjoni kkontestata ma fiha ebda motivazzjoni dwar in-nuqqas ta’ żvelar tal-15-il dokument mitlub mir-rikorrent, li ma ssemmewx fid-deċiżjoni tat-22 ta’ Diċembru 2016 li ċaħdet it-talba inizjali tar-rikorrent għal aċċess għal dokumenti; it-tieni nett, minħabba n-nuqqas ta’ ġustifikazzjoni, jew f’kull każ, il-ġustifikazzjoni żbaljata fir-rigward tan-nuqqas ta’ żvelar tad-dokumenti l-oħra, jekk kellu jitqies li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni tad-22 ta’ Diċembru 2016 li tiċħad it-talba inizjali tar-rikorrent għal aċċess hija inkorporata fid-deċiżjoni impliċita kkontestata.

Fl-aħħar, ir-rikorrent jitlob li jingħata kumpens xieraq għad-dannu morali li huwa ġarrab li rriżulta mid-dewmien persistenti tal-amministrazzjoni u mir-rifjut illegali li huwa jingħata aċċess għad-dokumenti inkwistjoni, bi ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1049/2001.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


Top