This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0330(01)
Council Decision of 27 March 2017 appointing an alternate member of the Advisory Committee on Freedom of Movement for Workers for Portugal
Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Marzu 2017 li taħtar membru supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Portugall
Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Marzu 2017 li taħtar membru supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Portugall
         ĠU C 99, 30.3.2017, pp. 1–2
		 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
         
      
         
            
         No longer in force, Date of end of validity: 24/09/2018
| 
                30.3.2017  | 
            
                MT  | 
            
                Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
            
                C 99/1  | 
         
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-27 ta’ Marzu 2017
li taħtar membru supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Portugall
(2017/C 99/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-listi ta’ kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,
Billi:
| 
                (1)  | 
            
                Il-Kunsill, bid-Deċiżjonijiet tiegħu tal-20 ta’ Settembru 2016 (2) u tat-23 ta’ Jannar 2017 (3), ħatar lill-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu mill-25 ta’ Settembru 2016 sal-24 ta’ Settembru 2018.  | 
         
| 
                (2)  | 
            
                Il-gvern tal-Portugall ippreżenta nomina għal kariga li għandha timtela,  | 
         
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej huwa maħtur membru supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Libertà tal-Moviment tal-Ħaddiema għall-perijodu li jintemm fl-24 ta’ Settembru 2018:
I. RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN
| 
                Pajjiż  | 
            
                Membru  | 
            
                Membru supplenti  | 
         
| 
                Portugall  | 
            
                
  | 
            
                Is-Sur João ATAÍDE  | 
         
Artikolu 2
Il-Kunsill għandu jaħtar f’data iktar tard il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ABELA
(1) ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Settembru 2016 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema (ĠU C 348, 23.9.2016, p. 3.)
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Jannar 2017 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Portugall (ĠU C 27, 27.1.2017, p. 6.).