Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0635

    Kawża C-635/16 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2016 minn Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-11 ta’ Ottubru 2016 fil-Kawża T-564/15, Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV vs Il-Kummissjoni Ewropea

    ĠU C 70, 6.3.2017, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 70/9


    Appell ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2016 minn Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-11 ta’ Ottubru 2016 fil-Kawża T-564/15, Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-635/16 P)

    (2017/C 070/14)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV (rappreżentanti: Y. de Vries, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2016 fil-Kawża T-564/15;

    tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi l-ispejjeż sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li r-rikors huwa inammissibbli, ladarba dan ġie indirizzat kontra l-Kummissjoni, li ma hijiex l-awtur tal-att ikkontestat;

    Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li r-rikors huwa inammissibbli minħabba li l-att ikkontestat huwa biss ta’ natura provviżorja u għalhekk ma huwiex att definittiv;

    Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet it-talba ta’ Spliethoff sabiex ir-rikors għal annullament tagħha jitqies bħala li huwa indirizzat kontra d-Deċiżjoni tal-31 ta’ Lulju (1).


    (1)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5274 finali li tistabbilixxi l-lista ta’ proposti magħżula sabiex jirċievu għajnuna finanzjarja tal-UE fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF)-Settur tat-Tranport wara s-sejħa għal proposti tal-11 ta’ Settembru 2014 fuq il-bażi tal-Programm ta’ Ħidma Pluriennali


    Top