Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0189

    Kawza C-189/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tat-18 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio do Stato – l-Italja) – Istituto di Ricovero e Cura a Carattere Scientifico (IRCCS) – Fondazione Santa Lucia vs Cassa conguaglio per il settore elettrico et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2003/96/KE — Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u ta’ elettriku — Tnaqqis fiskali — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae — Benefiċċji fuq l-ammonti dovuti biex jiġu koperti l-ispejjeż ġenerali tas-sistema elettrika — Artikolu 17 — Impriżi b’konsum enerġetiku għoli — Benefiċċji mogħtija esklużivament lil impriżi mis-settur tal-manifattura — Ammissibbiltà)

    ĠU C 70, 6.3.2017, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 70/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tat-18 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio do Stato – l-Italja) – Istituto di Ricovero e Cura a Carattere Scientifico (IRCCS) – Fondazione Santa Lucia vs Cassa conguaglio per il settore elettrico et

    (Kawza C-189/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/96/KE - Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u ta’ elettriku - Tnaqqis fiskali - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Benefiċċji fuq l-ammonti dovuti biex jiġu koperti l-ispejjeż ġenerali tas-sistema elettrika - Artikolu 17 - Impriżi b’konsum enerġetiku għoli - Benefiċċji mogħtija esklużivament lil impriżi mis-settur tal-manifattura - Ammissibbiltà))

    (2017/C 070/02)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Consiglio do Stato

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Istituto di Ricovero e Cura a Carattere Scientifico (IRCCS) – Fondazione Santa Lucia

    Konvenuti: Cassa conguaglio per il settore elettrico, Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Autorità per l’energia elettrica e il gas

    Fil-preżenza ta’: 2M SpA

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 17(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-benefiċċji mogħtija, mid-dritt nazzjonali, lill-impriżi b’konsum enerġetiku għoli, bħal dawk iddefiniti f’din id-dispożizzjoni, fuq ammonti, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dovuti biex jiġu koperti l-ispejjeż ġenerali tas-sistema elettrika, jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “tnaqqis fit-taxxa”, suġġett għall-verifika, mill-qorti tar-rinviju, tal-punti ta’ fatt u tar-regoli tal-liġi nazzjonali li fuqhom hija bbażata din ir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja.

    2)

    L-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2003/96 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi tnaqqis fiskali fuq il-konsum tal-elettriku, favur impriżi b’konsum enerġetiku għoli, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, esklużivament għas-settur tal-manifattura.


    (1)  ĠU C 228, 13.7.2015


    Top