This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2017/066/04
New national sides of euro circulation coins
Uċuħ nazzjonali ġodda tal-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni
Uċuħ nazzjonali ġodda tal-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni
ĠU C 66, 2.3.2017, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 66/4 |
Uċuħ nazzjonali ġodda tal-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni
(2017/C 66/04)
Il-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni għandhom l-istatus ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika d-disinji l-ġodda kollha tal-muniti tal-euro (1) bil-ħsieb li tinforma lill-partijiet kollha kkonċernati li jkollhom jużaw il-muniti f’xogħolhom kif ukoll biex tinforma lill-pubbliku b’mod ġenerali.
|
|
|
|
1 ċenteżmu tal-euro |
2 ċenteżmi tal-euro |
5 ċenteżmi tal-euro |
10 ċenteżmi tal-euro |
|
|
|
|
20 ċenteżmu tal-euro |
50 ċenteżmu tal-euro |
1 euro |
2 euro |
Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Ir-Repubblika ta’ San Marino
Data tal-ħruġ : Marzu 2017
Deskrizzjoni tad-disinji :
2 euro = xbieha ta’ San Marinu, dettall minn pittura ta’ Giovan Battista Urbinelli, id-data 2017, il-marka taz-Zekka Taljana “R”, il-kliem “San Marino”, AL bħala l-inizjali tal-artist, 12-il kewkba rranġati f’ċirku;
1 euro = it-Tieni Torri, id-data 2017, il-marka taż-Zekka Taliana “R”, il-kliem “San Marino”, AL bħala l-inizjali tal-artist, 12-il kewkba rranġati f’ċirku;
50 ċenteżmu tal-euro = xbieha ta’ San Marinu, dettall minn pittura ta’ Emilio Retrosi, id-data 2017, il-marka taz-Żekka Taljana “R”, il-kliem “San Marino”, AL bħala l-inizjali tal-artist, 12-il kewkba rranġati f’ċirku;
20 ċenteżmu tal-euro = il-Muntanja Titano bit-tliet Torrijiet, id-data 2017, il-marka taz-Zekka Taljana “R”, il-kliem “San Marino”, AL bħala l-inizjali tal-artist, 12-il kewkba rranġati f’ċirku;
10 ċenteżmi tal-euro = il-Knisja ta’ San Franġisk, id-data 2017, il-marka taz-Zekka Taljana “R”, il-kliem “San Marino”, AL bħala l-inizjali tal-artist, 12-il kewkba rranġati f’ċirku;
5 ċenteżmi tal-euro = il-Knisja ta’ San Kwirinu, id-data 2017, il-marka taz-Zekka Taljana “R”, il-kliem “San Marino”, AL bħala l-inizjali tal-artist, 12-il kewkba rranġati f’ċirku;
2 ċenteżmi tal-euro = il-Bieb tal-Belt, id-data 2017, il-marka taż-Zekka Taliana “R”, il-kliem “San Marino”, AL bħala l-inizjali tal-artist, 12-il kewkba rranġati f’ċirku;
1 ċenteżmu tal-euro = l-arma uffiċjali tar-Repubblika ta’ San Marino, id-data 2017, il-marka taz-Zekka Taljana “R”, il-kliem “San Marino”, AL bħala l-inizjali tal-artist, 12-il kewkba rranġati f’ċirku;
Iċ-ċirku ta’ barra tal-muniti juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Il-kitba fuq ix-xifer ta barra tal-munita taż-2 euro hija: 2 *, ripetuta sitt darbiet, darba bis-sew darba bil-maqlub.
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, ĠU C 254, 20.10.2006, p. 6 u ĠU C 248, 23.10.2007, p. 8 għal referenza għall-muniti euro l-oħra.