This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017XG0225(01)
Council conclusions on investing in Europe’s youth with particular regard to the European Solidarity Corps
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-investiment fiż-żgħażagħ tal-Ewropa b’attenzjoni partikolari għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-investiment fiż-żgħażagħ tal-Ewropa b’attenzjoni partikolari għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
ĠU C 62, 25.2.2017, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
25.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 62/1 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-investiment fiż-żgħażagħ tal-Ewropa b’attenzjoni partikolari għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
(2017/C 62/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
WAQT LI JFAKKAR:
|
— |
fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-laqgħa tal-15 ta’ Diċembru 2016 li jappellaw biex titmexxa ‘l quddiem il-ħidma fuq l-inizjattivi reċenti tal-Kummissjoni ddedikati għaż-żgħażagħ, inkluż dawk dwar il-mobbiltà, l-edukazzjoni, l-iżvilupp tal-ħiliet u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà; (1) |
|
— |
id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-prijoritajiet leġislattivi tal-UE għall-2017 li tipprijoritizza l-indirizzar tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ewropea, speċjalment permezz tat-tisħiħ tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-ħolqien ta’ Korp Ewropew ta’ Solidarjetà; (2) |
JISSOTTOLINJA:
|
— |
l-importanza li tittieħed azzjoni biex tiġi modernizzata u mtejba l-kwalità tas-sistemi edukattivi fl-UE, mill-edukazzjoni bikrija fit-tfulija sal-edukazzjoni għolja, sabiex tiġi pprovduta edukazzjoni ta’ kwalità għolja lil kulħadd, speċjalment fid-dawl tal-aħħar riżultati tal-OECD PISA 2015, li juru b’mod ċar il-ħtieġa li tiġi mtejba l-effiċjenza tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u b’mod partikolari l-eżiti tat-tagħlim ta’ studenti bi sfond ta’ migrazzjoni jew soċjoekonomiku żvantaġġat; |
|
— |
il-ħtieġa li jiġġeddu l-isforzi biex jippromwovu u jħarsu l-valuri tal-UE kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE, b’mod partikolari l-valuri tagħha ta’ rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, sabiex ikomplu jrawmu fiż-żgħażagħ is-sens ta’ identità Ewropea u jtejbu l-immaġni pożittiva u l-fiduċja (3) tagħhom fil-proġett tal-UE, partikolarment fid-dawl tal-firxa inkwetanti ta’ sentimenti populisti u s-sens ta’ stakkament fost ċerti żgħażagħ mill-proġett Ewropew komuni; |
|
— |
li l-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ tibqa’ prijorità ewlenija għal ħafna Stati Membri, u jieħu nota tal-proposti tal-Kummissjoni għal finanzjament addizzjonali għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, l-introduzzjoni li għaddejja tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, u miżuri li jindirizzaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ, li jinkludu appoġġ għal apprendistati ta’ kwalità, tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol kif ukoll il-mobbiltà tal-apprendisti; |
|
— |
l-importanza li jiġu estiżi aktar l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ biex b’mod attiv jinvolvu ruħhom fil-volontarjat u inizjattivi soċjali kemm f’pajjiżhom stess kif ukoll barra, bħala mod biex jiżviluppaw ħiliet personali u kompetenzi li jippermettulhom ikollhom transizzjoni aktar faċli għall-ħajja adulta u d-dinja tax-xogħol. Barra minn hekk, opportunitajiet akbar biex jieħdu rwol attiv fuq livell komunitarju jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-iżvilupp ta’ dawk il-ħiliet u l-kompetenzi soċjali u ċiviċi meħtieġa għal parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fit-tisħiħ u l-bini ta’ soċjetajiet aktar inklużivi u demokratiċi; |
NOTI:
|
— |
il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2016 dwar “Ninvestu fiż-Żgħażagħ tal-Ewropa”, dwar “It-titjib u l-immodernizzar tal-edukazzjoni” u dwar “Korp Ewropew ta’ Solidarjetà”; (4) |
|
— |
l-inizjattiva “Ninvestu fiż-Żgħażagħ tal-Ewropa” li tkopri tliet oqsma ewlenin ta’ dimensjoni transsettorjali u ta’ importanza kritika għaż-żgħażagħ: opportunitajiet aħjar permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ, solidarjetà, parteċipazzjoni, mobbiltà tat-tagħlim u tax-xogħol, u |
|
— |
b’mod partikolari, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u l-intenzjoni tagħha li tuża fl-ewwel fażi ta’ programmi ta’ finanzjament eżistenti (5), ir-riżorsi u l-istandards tal-kwalità, kif stabbilit fost l-oħrajn għas-Servizz Volontarju Ewropew (SVE), u l-programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), li jippermettu liż-żgħażagħ biex jipparteċipaw fil-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà; |
IĦEĠĠEĠ LILL-KUMMISSJONI BIEX:
|
— |
tippreżenta matul l-ewwel semestru tal-2017
|
|
— |
sabiex ikun żgurat li l-Korp ta’ Solidarjetà Ewropew mhux biss ikun kapaċi jilħaq l-objettiv tiegħu f’termini tal-involviment u l-parteċipazzjoni attivi taż-żgħażagħ iżda wkoll jiżgura apprendistati u proġetti ta’ kwalità b’dimensjoni qawwija ta’ tagħlim li jippermettu riżultati pożittivi għall-iżvilupp personali, soċjali u professjonali futur taż-żgħażagħ, filwaqt li jevita effetti mhux mixtieqa fuq is-suq tax-xogħol. |
(1) EUCO 34/16.
(2) Dok. 15375/16.
(3) EUROBAROMETER 85/16
(4) Dokumenti 15418/16, 15420/16 u 15421/16.
(5) Il-proċess rigward l-approvazzjoni ta’ fondi għall-programm Erasmus+ għall-2017 jinsab għaddej.