Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/278/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8111 — Ardian/Crédit Agricole Assurances/Indigo Infra) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 278, 30.7.2016, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/50


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8111 — Ardian/Crédit Agricole Assurances/Indigo Infra)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 278/06)

1.

Fl-20 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Ardian (“Ardian”, Franza) u Predica Prévoyance Dialogue du Crédit Agricole (“Predica”, Franza), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Infra Foch Topco SAS (“Infra Foch Topco”, Franza) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Ardian: kumpanija tal-investiment tal-kapital indipendenti attiva f’diversi setturi fl-Ewropa, fl-Amerika ta’ Fuq u fl-Asja.

—   Predica: kumpanija speċjalizzata fis-settur tal-assigurazzjoni tal-ħajja, sussidjarja tal-grupp Crédit Agricole Assurances.

—   Infra Foch Topco: kumpanija li għandha l-kumpaniji Indigo Infra u Infra Park Digital, li l-attivitajiet tagħhom jikkonsistu fl-użu ta’ parkeġġi u l-provvista ta’ postijiet tal-parkeġġ u ta’ servizzi assoċjati.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8111 — Ardian/Crédit Agricole Assurances/Indigo Infra, f’dan l-indirizz:

Commission européenne

Direction générale de la concurrence

Greffe des concentrations

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24 tad-29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top