Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0362

    Kawża T-362/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2016 – REWE-Zentral vs EUIPO – Vicente Gandía Pla (MY PLANET) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    ĠU C 270, 25.7.2016, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.7.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 270/43


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2016 – REWE-Zentral vs EUIPO – Vicente Gandía Pla (MY PLANET)

    (Kawża T-362/14) (1)

    ((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

    (2016/C 270/49)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: REWE-Zentral AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Brandstätter u A. Wagner, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. P. Harrington u P. Bullock, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Vicente Gandía Pla, SA (Chiva, Spanja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Marzu 2014 (Każ R 201/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Vicente Gandía PIa SA u REWE-Zentral AG.

    Dispożittiv

    1)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

    2)

    REWE-Zentral AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 261, 11.8.2014.


    Top