Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/130/06

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7858 — INEOS/partijiet minn Celanese) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 130, 13.4.2016, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.4.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 130/9


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.7858 — INEOS/partijiet minn Celanese)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2016/C 130/06)

    1.

    Fl-1 ta’ April 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha INEOS Europe AG (“INEOS”, l-Isvizzera), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ partijiet minn Celanese Sales Germany GmbH (“Celanese” il-Ġermanja), jiġifieri n-negozju Ewropew ta’ Celanese fl-aċetat tal-n-butil (“CBB”, il-Ġermanja) permezz ta’ xiri ta’ assi.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   għal INEOS: manifattur dinji ta’ petrokimiċi, kimiki speċjalizzati u prodotti miż-żejt.

    —   għal Celanese: attiva fil-manifattura u l-provvista ta’ varjetà ta’ prodotti kimiċi bħal tal-kimika intermedja (pereż., l-aċetat ta’ n-butil, aċtu aċetiku), polimeri tal-emulsjoni (pereż., kopolimeri tal-aċetat tal-vinil), ingredjenti tal-ikel (pereż., l-aċesulfam tal-potassju) u materjali ffabbrikati (pereż., poliesteri termoplastiċi), ikkummerċjalizzati fiż-ŻEE, fil-Lvant Nofsani, fl-Afrika ta’ Fuq u fir-Russja.

    —   għal CBB: tikkonsisti fil-kuntratti kummerċjali eżistenti tal-aċetat n-butil ma’ klijenti fiż-ŻEE, bl-esklużjoni ta’ assi tal-manifattura.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+ 32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7858 — INEOS/partijiet minn Celanese, f’dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top