Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/130/08

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7959 — APG/DV4/QDREIC/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 130, 13.4.2016, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.4.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 130/11


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.7959 — APG/DV4/QDREIC/JV)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2016/C 130/08)

    1.

    Fil-5 ta’ April 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi APG Strategic Real Estate Pool (“APG”, il-Pajjiżi l-Baxxi), DV4 Limited (“DV4”, il-Gżejjer Virgin Brittaniċi) u Qatar Diar Real Estate Investment Company (“QDREIC”, il-Qatar), proprjetà kollha kemm hi tal-Awtorità tal-Investiment tal-Qatar, jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta (joint venture, JV) maħluqa ġdida attiva fis-settur tal-proprjetà immobbli fi Greater London (“JV”, ir-Renju Unit) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   għal APG: depożitarju għal fond ta’ investiment fejn is-sid benefiċjarju aħħari huwa Stichting Pensioenfonds ABP, organizzazzjoni li tamministra l-pensjonijiet u li tispeċjalizza fil-qasam tal-pensjonijiet kollettivi fis-settur pubbliku,

    —   għal DV4: fond ta’ investiment fil-proprjetà immobbli,

    —   għal QDREIC: kumpanija tal-investiment u l-iżvilupp ta’ proprjetà immobbli,

    —   għall-JV (l-impriża konġunta): is-sjieda, l-iżvilupp, il-ġestjoni u l-kiri ta’ proprjetà immobbli residenzjali f’siti qrib l-istazzjon tal-ferrovija Elephant & Castleu l-Olympic Park, fi Greater London.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7959 — DV4/APG/QDREIC/JV, f’dan l-indirizz:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top