This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013IP0329
European Parliament resolution of 4 July 2013 on connected TV (2012/2300(INI))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2013 dwar it-TV Konness (“Connected TV”) (2012/2300(INI))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2013 dwar it-TV Konness (“Connected TV”) (2012/2300(INI))
ĠU C 75, 26.2.2016, p. 141–148
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 75/141 |
P7_TA(2013)0329
TV Konness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2013 dwar it-TV Konness (“Connected TV”) (2012/2300(INI))
(2016/C 075/21)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 10(1) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll dwar is-sistema tax-xandir pubbliku fl-Istati Membri annessi mat-Trattat ta’ Amsterdam li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej u ċerti atti relatati, |
— |
wara li kkunsidra l-konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali adottata mill-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) fl-20 ta’ Ottubru 2005, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (1), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (2) kif emendata mid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 (3), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (4), kif emendata mid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 (5), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (6) kif emendata mid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (7) kif emendata mid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi (8), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (9), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (10), kif emendata mid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009, |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-istat għax-xandir tas-servizz pubbliku (11), |
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/560/KE tal-24 ta' Settembru 1998 dwar l-iżvilupp tal-kompetittività tal-industrija Ewropea tas-servizzi awdjoviżivi u ta' informazzjoni permezz tal-promozzjoni ta' oqfsa nazzjonali immirati lejn l-kisba ta' livelli komparabbli u effettiv ta' protezzjoni ta' minuri u tad-dinjità umana (12), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar l-Internet tal-Oġġetti (13), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0212/2013), |
A. |
billi s-settijiet televiżivi kienu ġew żviluppati oriġinarjament biex jirċievu sinjali ta’ xandir lineari, billi fl-ambjent diġitali l-kontenut awdjoviżiv, minħabba l-kapaċità suġġestiva tiegħu, ntlaqa’ b’interess kbir min-naħa tal-pubbliku meta mqabbel ma’ servizzi tal-midja elettroniċi oħrajn u għalhekk dan għad għandu rwol prominenti fl-iffurmar tal-opinjoni individwali u pubblika; |
B. |
billi s-servizzi tal-midja awdjożiviżi, li huma servizzi kulturali daqs kemm huma servizzi ekonomiċi, huma ta’ importanza kbira għas-soċjetà u d-demokrazija bħala vetturi ta’ identitajiet, valuri u opinjonijiet u għalhekk jeħtieġu, f’dinja dejjem aktar konverġenti, regolazzjoni speċifika; |
C. |
billi l-konverġenza teknika tant mistennija tal-midja, partikolarment għax-xandir u l-internet, issa saret realtà, u billi l-politika Ewropea dwar il-midja, il-kultura u n-networks trid tadatta l-kwadru normattiv għall-kundizzjonijiet il-ġodda li nħolqu u tiżgura li jiġi stabbilit u nfurzat livell uniformi ta’ regolamentazzjoni, anki għall-operaturi ġodda tas-suq mill-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi terzi; |
D. |
billi l-internet żviluppa b’mod mgħaġġel matul dawn l-aħħar 25 sena u billi t-tagħmir intelliġenti qed ibiddel id-drawwiet u l-mod ta’ kif wieħed jara t-televiżjoni; |
E. |
billi, filwaqt li l-użu ta’ tagħmir konness mal-internet qed jiżdied, is-servizzi tradizzjonali xorta għadhom popolari; |
F. |
billi s-servizzi awdjoviżivi lineari u mhux lineari u għadd numeruż ta' servizzi ta' komunikazzjoni oħra jistgħu diġà jintużaw fuq l-istess skrin, ikkombinati bla ebda xkiel u kkunsmati fl-istess ħin; |
G. |
billi minħabba s-sinifikat soċjali partikolari tas-servizzi lineari tat-televiżjoni u s-servizzi tal-midja, fil-ġejjieni xorta se jkun meħtieġ qafas regolatorju indipendenti għall-midja, peress li dan huwa l-uniku mod li jiġi kkunsidrat b’mod xieraq dan ir-rwol importanti u li tiġi żgurata d-diversità tal-opinjoni u l-midja fl-Istati Membri; |
H. |
billi l-miġja tat-TV Konness ittrasformat radikalment il-katina tradizzjonali tal-valur, u wasslet għall-ħtieġa li titfassal strateġija ġdida; |
I. |
billi filwaqt li l-iżviluppi teknoloġiċi jwasslu inevitabbilment għal awtonomija akbar, għalkemm dan jidher biss b’mod parzjali, u li għalhekk dejjem qed tikber il-ħtieġa tal-iżgurar tal-protezzjoni tad-drittijiet esklussivi u tal-integrità tal-kontenut; |
J. |
billi qed jiżdiedu l-possibiltajiet ta’ tixrid ta’ offerti onlajn (interattivi) li japprofittaw mill-varjetà ta’ offerti televiżivi, u huwa kruċjali li jkun hemm kopertura broadband ta’ 100 % biex ikun hemm żieda fl-interess tal-konsumaturi f’sistemi ibridi li jirċievu; |
K. |
billi fid-dawl tal-konverġenza dejjem tikber tal-midja, il-kunċett ta’ 'TV konness' qed ikun interpretat b’mod dinamiku, teknoloġikament newtrali u wiesa’ biex ikopri t-tagħmir kollu, inkluż it-tagħmir mobbli, li jiffaċilita l-aċċess għall-kontenut lineari u nonlineari tal-midja, is-servizzi “over-the-top” u applikazzjonijiet oħra fl-istess tagħmir jew skrin, filwaqt li b’hekk jgħaqqdu flimkien id-dinja tax-xandir u d-dinja tal-internet; |
L. |
billi f’dinja ta’ midja konverġenti, l-operaturi, aktar milli jikkompetu għall-kapaċità ta’ trażmissjoni, qegħdin jikkompetu għall-attenzjoni tal-utenti u hekk kif jiżdied in-numru ta’ offerti, isir aktar diffiċli li jintlaħqu l-utenti u l-aċċess u l-kapaċità li jinstabu l-offerti, kif ukoll l-elenkar u r-rakkomandazzjoni tagħhom se jiddeterminaw is-suċċess tagħhom; |
M. |
billi d-dispożizzjonijiet attwali tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti regoli stabbiliti mil-liġi u regoli amministrattivi fl-Istati Membri rigward il-provvista ta’ servizzi awdjoviżivi tal-midja (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) jibbażaw fuq il-prinċipju tan-newtralità tat-teknoloġija, s’issa ma jirreflettux il-fużjoni teknika kontinwa u b’mod partikolari, ir-regolamentazzjoni bi gradazzjoni, li tagħmel distinzjoni bejn il-programmi televiżivi (inklużi webcasting u live streaming) u s-servizzi awdjoviżivi tal-media on demand, tista’ ssir anqas importanti fil-forma eżistenti, għalkemm l-informazzjoni u s-servizzi tal-komunikazzjoni rregolati b’mod differenti huma disponibbli fuq l-istess tagħmir, inklużi s-servizzi li ma jaqgħux fl-ambitu tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva, iżda tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku jew, fil-każ ta’ offerti extra-Ewropej, ma huma koperti minn ebda regolament tal-UE li jirregola l-midja, li jista’ joħloq kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux ugwali u diskrepanzi inaċċettabbli fil-protezzjoni tal-utenti kif ukoll joħloq dubji ġodda rigward l-aċċess, it-tip ta’ distribuzzjoni u l-aċċessibbiltà tal-kontenut, indipendentement mit-tip ta’ midja involuta; |
N. |
billi dawn il-fornituri ta’ servizzi ġodda se jikkompetu direttament ma’ atturi tradizzjonali fis-settur, fejn min-naħa jakkwistaw kontenut esklussiv anki fis-suq Ewropew u min-naħa l-oħra huma stess joffru servizzi ġodda; |
O. |
billi l-objettivi regolatorji tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva – partikolarment dawk li tiġi ggarantita u promossa d-diversità tal-opinjoni u tal-midja, il-ħarsien tad-dinjità umana u t-tfal, u l-promozzjoni tal-aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità tas-smigħ jew problemi tal-viżjoni fost il-fornituri tas-servizzi tal-midja, u li tiġi salvagwardjata l-kompetizzjoni ġusta, kif ukoll ir-regolamentazzjoni tar-reklamar ibbażata fuq il-kwalità u l-kontenut – fil-prinċipju jippreservaw l-importanza tagħhom għas-soċjetà u l-ġustifikazzjoni regolatorja tagħhom, iżda fl-istess ħin il-limiti tal-effikaċja u l-infurzar ta’ dawn id-dispożizzjonijiet protettivi qed jispikkaw dejjem aktar minħabba l-metodi ta’ użu li saru possibbli permezz ta’ sistemi ibridi li jirċievu; |
P. |
billi s-servizzi ta’ TV konness ta’ kwalità għolja jistgħu jiġu pprovduti biss jekk l-operaturi tat-telekomunikazzjonijiet joffru konnessjonijiet b’veloċità għolja biżżejjed bejn is-servers tax-xandir u l-abbonati; |
Q. |
billi l-firxa tal-possibilitajiet ġodda ta’ użu offruti mit-tagħmir ibridu iqajmu dubju dwar il-prinċipji fundamentali tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva, bħall-obbligu ta’ distinzjoni bejn ir-reklamar u l-programmi, u r-regoli dwar il-waqfiet pubbliċitarji; |
R. |
billi l-fatt uniku u każwali li jeżistu diversi servizzi ma jwassalx awtomatikament għall-ilħuq tal-objettivi regolatorji u għalhekk għandu jiġi evalwat jekk huwiex se jibqa’ jkun hemm il-ħtieġa ta’ qafas regolatorju speċifiku għall-ilħuq tal-miri u jekk dan il-qafas jistax jimpedixxi mill-bidu nett żviluppi ħżiena eventwali; |
S. |
billi hekk kif it-TV konness isir aktar stabbilit, it-TV konvenzjonali u l-internet jistgħu eventwalment jingħaqdu, hekk kif it-telefonija ċellulari u l-internet ingħaqdu flimkien xi ftit snin ilu; |
T. |
billi għandu jkun inkoraġġit kwalunkwe mezz ta’ adattament tas-suq li jiffavorixxi l-kreazzjoni u l-innovazzjoni fl-Ewropa; |
U. |
billi l-iżvilupp ta’ sistemi ibridi li jikkombinaw it-TV u l-internet se jippermettu l-utenti jinnavigaw bla distinzjoni bejn l-istazzjonijiet televiżivi u s-servizzi tal-interent, inklużi l-websajts li joffru kontenut awdjoviżiv b'mod illegali; |
V. |
billi qed jirriżulta li n-newtralità tan-network mhijiex salvagwardjata biżżejjed bit-trasparenza l-kompetizzjoni; |
W. |
billi l-prinċipju tal-pajjiż li jxandar stabbilit fid-direttiva oriġinali, id-Direttiva dwar it-“televiżjoni mingħajr fruntieri”, jirrappreżenta l-ewwel pass għal-libertà tal-informazzjoni u l-iżvilupp ta’ suq komuni tas-servizzi, peress li l-Istati Membri impenjaw ruħhom għal standards minimi bbażati fuq il-kwalità u, bi skambju għal dan, introduċew il-prinċipju tal-pajjiż ta’ oriġini fil-forma tal-prinċipju tal-pajjiż li jxandar. |
1. |
Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa sa liema punt ikun meħtieġ li tiġi riveduta d-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva u rekwiżiti oħra stabbiliti fir-regolamenti tan-networks u tal-midja (e.ż. il-pakkett tat-telekomunikazzjonijiet) fir-rigward tar-regoli dwar il-kapaċità ta’ tisjib u l-aċċess non-diskriminatorju għall-pjattaformi, għall-fornituri tal-kontenut u għal min jiżviluppa l-kontenut kif ukoll għall-utenti, filwaqt li jiġi estiż il-kunċett ta’ pjattaformi, u sabiex l-istrumenti eżistenti jiġu adatti għall-kundizzjonijiet li nħolqu ġodda; billi b'dan għandu jiġi żgurat li l-konsumaturi jistgħu jibbenefikaw mill-għażla u l-aċċess miżjuda għas-servizi ta’ midja awdjoviżiva u li l-fornituri tal-kontenut ikunu jistgħu jibbenefikaw minn aktar għażla fil-mod kif jiġi distribwit il-kontenut tagħhom, filwaqt li jżommu kuntatt mal-udjenza tagħhom; |
2. |
jikkunsidra li, fil-każ ta’ miżuri regolatorji għal operaturi ta’ pjattaformi, għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat aċċess nondiskriminatorju għall-pjattaformi biex jagħti l-permess lill-korpi tax-xandir u lil fornituri oħra, li spiss ikunu żgħar, jipparteċipaw fis-suq fuq bażi ugwali; |
3. |
jitlob lill-Kummissjoni timplementa l-kunċett ta’ servizzi tal-midja li ġie ddefinit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (AVMD-RL) b’mod li l-ħtieġa ta’ dispożizzjonijiet regolatorji mill-Istati Membri tkun marbuta aktar mal-impatt soċjo-politiku potenzjali tas-servizzi u l-karatteristiċi speċifiċi ta’ dak l-impatt, partikolarment mar-relevanza tagħhom għall-formazzjoni tal-opinjonijiet u għad-diversità, kif ukoll abbażi tar-responsabbiltà editorjali; |
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni, meta tikkunsidra l-funzjoni differenti li għandhom is-servizzi tal-midja li huma suġġetti għal responsabbiltà editorjali u l-kontenut l-ieħor, tevalwa jekk għadux opportun u meħtieġ li jkun hemm regolazzjoni aktar stretta tal-pjattaformi televiżivi, jew jekk tkunx suffiċjenti projbizzjoni ġenerali tad-diskriminazzjoni; |
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-kuntest ta’ reviżjoni possibbli tad-Direttiva 2010/13/UE, jew kwalunkwe leġiżlazzjoni futura, tkompli l-isforzi tagħha biex tissalvagwardja l-libertà tal-istampa. |
6. |
Jitlob lill-Kummissjoni tindika, abbażi tar-riżultati tal-proċedura ta’ konsultazzjoni tagħha “It-tħejjija għal Dinja Awdjoviżiva Konverġenti bis-Sħiħ: tkabbir, ħolqien u valuri”, liema mekkaniżmi ta’ regolazzjoni għadhom meħtieġa u opportuni fil-kuntest tal-konverġenza u liema minnhom għandhom eventwalment jiġu sostitwiti biex jinħolqu kundizzjonijiet ugwali ta’ kompetizzjoni għall-fornituri kollha ta’ kontenut u servizzi, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti minimi sussegwenti u jinżammu l-miri globali ta’ regolazzjoni attwali, sabiex jiżguraw kompetizzjoni ġusta bejn il-fornituri ta’ kontenut u biex jiżguraw lill-utenti l-akbar benefiċċji possibbli kif ukoll il-possibbiltà ta’ għażla ġusta, totalment trasparenti u bla diskriminazzjoni fost firxa wiesgħa ta’ offerti ta’ kwalità, fejn għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-fatt li jinżammu l-offerti b’xejn u dawk ta’ servizz għall-pubbliku; |
7. |
Jistieden lill-Kummissjoni, f’każ ta’ rieżami tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva, tiżgura kompetizzjoni ġusta bejn il-fornituri kollha tal-kontenut; |
8. |
unterstreicht, dass die Entwicklungsstrategie dieser neuen Akteure einen Zuwachs im Angebot nach sich ziehen wird, das sich gleichzeitig aus auf herkömmlichen Fernsehkanälen verfügbaren Inhalten und dem Angebot, das im Internet dargeboten wird, zusammensetzt; |
9. |
Jenfasizza, f’dan ir-rigward, ir-riskju li l-poter ekonomiku u l-preżenza internazzjonali ta’ dawn l-atturi ġodda tas-suq jistgħu jgħawwġu dan l-ambjent kompetittiv ġdid għad-detriment ta’ plejers tradizzjonali Ewropej; |
10. |
Jenfasizza li għandu jiġi kkunsidrat qafas regolatorju progressiv għas-servizzi tal-midja, li mhuwiex ibbażat biss fuq id-distinzjoni bejn is-servizzi lineari u nonlineari iżda primarjament fuq l-impatt potenzjali ta’ diversi servizzi tal-midja u fuq ir-responsabilità editorjali għal tali servizzi tal-midja u li fl-istess ħin, l-Istati Membri għandhom jingħataw marġni ta’ manuvrar adegwat biex huma stess jieħdu tali deċiżjonijiet; |
11. |
Jistaqsi jekk, fl-isfond ta' konverġenza teknoloġika dejjem tikber, id-dispożizzjonijiet stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha dwar l-applikazzjoni ta' regoli dwar l-għajnuniet mill-Istat għas-servizz pubbliku tax-xandir, li jipprevedu proċeduri ta’ valutazzjoni u ta’ verifika kumplessi għas-servizzi awdjoviżivi offruti minn fornituri pubbliċi li jmorru lil hinn mill-iskop ta’ attivitajiet normali tax-xandir u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fuq pjattaformi ġodda għadhomx adegwati, partikolarment minħabba li qed isir dejjem aktar diffiċli għall-utenti li jgħidu jekk is-servizz ikkonċernat huwiex servizz ta’ xandir lineari konvenzjonali, servizz on-demand jew tip ieħor ta’ servizz awdjoviżiv; |
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni lill-isfidi futuri tat-TV Konness, fir-rigward tal-kompetittività fis-settur, billi titħalla li jkun hemm aktar flessibilità fir-regoli kwantitattivi dwar ir-reklamar u sabiex jiġu enfasizzati l-vantaġġi u l-iżvantaġġi relevanti; |
13. |
Jenfasizza li, fl-interess ta’ ħarsien uniformi tal-konsumaturi fil-livell Ewropew, tat-tfal, taż-żgħażagħ u tal-minoranzi, għandhom jiġu rieżaminati r-restrizzjonijiet kwalitattivi imposti fuq is-servizzi tal-midja awdjoviżiva u għandhom jitfasslu f’livell għoli għall-mezzi kollha tax-xandir; |
14. |
Jitlob, f’din il-konnessjoni, li l-projbizzjoni tal-ksur tad-dinjità umana, il-projbizzjoni tal-inċitazzjoni tal-mibegħda, il-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni u l-prinċipju ta’ aċċess ħieles minn barrieri jkunu japplikaw bl-istess mod għall-forom kollha ta’ kontenut tal-midja; |
15. |
Jistaqsi, f’dan ir-rigward, jekk il-prinċipju tad-distinzjoni bejn ir-reklamar u l-kontenut tal-programm jistax jinżamm għat-tipi kollha ta’ midja jew jekk l-objettiv li tingħata protezzjoni jistax jiġi akkwistat aħjar billi r-reklamar u l-kontenut tal-programm ikunu rikonoxxibli b'mod ċar u li jistgħu jkunu distinti faċilment, fit-tipi kollha ta’ midja; |
16. |
Huwa tal-fehma li l-introduzzjoni ta’ projbizzjonijiet pubbliċitarji ġodda jew miżuri oħra li għandhom impatt fuq ir-reklamar bħala strument ta’ finanzjament, jew l-estensjoni tagħhom, għandhom ikunu evitati, sabiex mudelli kummerċjali ġodda jkunu jistgħu jintużaw ukoll fis-settur tat-TV diġitali; |
17. |
Jenfasizza li huwa vitali li s-settur pubbliku ma jiddipendix biss minn finanzjament mir-reklamar sabiex iżomm l-indipendenza tiegħu, u jistieden lill-Istati Membri jappoġġaw l-isforzi maħsuba biex jipprovdu finanzjament għal tali settur; |
18. |
Jenfasizza li strateġiji pubbliċitarji ġodda li jużaw teknoloġiji ġodda biex iżidu l-effikaċja tagħhom (screenshots, profiling tal-konsumaturi, strateġiji multi-screen) iqajmu l-kwistjoni tal-ħarsien tal-konsumaturi, u tal-ħajjiet privati u d-dejta personali tagħhom; jenfasizza, b'kunsiderazzjoni ta' dan, li jeħtieġ li jitwaqqfu sett ta’ regoli konsistenti bil-għan li jiġu applikati dawn l-istrateġiji; |
19. |
Jinkoraġġixxi l-industrija awdjoviżiva Ewropea tkompli tiżviluppa servizzi koerenti u attraenti, speċjalment online, sabiex tiżdied l-offerta Ewropea ta’ kontenut awdjoviżiv; |
20. |
Jistieden lill-Kummissjoni teżamina jekk u kif jista’ jingħata status privileġġjat xieraq lill-fornituri ta’ kontenut, fir-rigward tat-traċċabilità fuq apparat tal-ewwel ġenerazzjoni ta' skrins, bħas-settijiet tat-televiżjoni li jikkonnettjaw mal-internet, li l-Istati Membri jagħtuhom kuntratt ta’ xandir pubbliku jew li jgħinu jippromwovu l-objettivi fl-interess pubbliku, bħal li jiżguraw il-pluraliżmu fil-midja u d-diversità kulturali, jew li jikkommettu ruħhom li jwettqu dmirijiet li jippreservaw il-kwalità u l-indipendenza tar-rappurtar u jippromwovu d-diversità tal-opinjonijiet; |
21. |
Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri, biex minbarra r-regoli “Must be found”, jikkunsidraw sa liema punt ir-riforma tar-regolazzjoni tal-midja lejn skemi ta’ inċentiva u ta’ ċertifikazzjoni u tisħiħ ta’ approċċi koregolatorji u awtoregolatorji, tista’ tippermetti li l-objettivi regolatorji msemmija qabel tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva, partikolarment rigward il-ħarsien taż-żgħażagħ u tad-dinjità umana, jintlaħqu b’mod sostenibbli u fl-istess ħin tinżamm il-flessibbiltà meħtieġa għal kompetizzjoni ġusta fost il-fornituri tas-servizzi tal-midja; jenfasizza li kwalunkwe miżura koregolatorja u awtoregolatorja tista’ tissupplementa d-dispożizzjonijiet ġuridiċi u li l-konformità magħha għandha tiġi ssorveljata u l-valutazzjoni tal-effikaċja tagħha għandha ssir minn korp pubbliku indipendenti; |
22. |
Jirrakkomanda, għalhekk, sabiex jiġi evitat li jkun hemm tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, li l-istess regoli għandhom japplikaw għall-istess servizzi, irrispettivament mill-mezz ta' trażmissjoni; |
23. |
Huwa mħasseb ukoll, f’dan il-kuntest, biż-żieda fil-livell ta’ kompetizzjoni li tirriżulta mill-preżenza ta’ atturi internazzjonali li mhumiex suġġetti għar-regoli u l-obbligi Ewropej; |
24. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li dawn il-pjattaformi jitħaddmu b’mod konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq u mal-interess ġenerali fl-ambitu ta' kompetizzjoni ġusta, u abbażi ta’ standards miftuħa u interoperabbli li jkunu konformi mad-domanda tal-konsumaturi, b'mod li jiġi evitat li fornitur wieħed jew aktar jabbużaw mill-pożizzjoni dominanti tagħhom; |
25. |
Jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa li jiġu kkunsidrati l-iżvilupp ta' qafas regolatorju, il-modi kif jiġi rregolat it-TV konness u s-sistemi ta' referenza tal-kontenut; |
26. |
Jappella għal regolazzjoni tal-pjattaforma tat-TV konness li tiżgura aċċess u integrità għall-kontenut tax-xandara, trasparenza għall-konsumaturi u l-applikazzjoni ta' kodiċi ta' etika bażiku (pereżempju l-ħarsien tal-minorenni u tal-ħajja privata); |
27. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri javvanzaw il-litteriżmu midjatiku taċ-ċittadini kollha tal-UE, b'mod partikolari permezz ta' inizjattivi u azzjonijiet koordinati bil-għan li jżidu l-fehim tas-servizzi tal-midja lineari u nonlineari; |
28. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li jittieħdu miżuri partikolarment min-naħa ta' manifatturi tat-tagħmir u fornituri tas-servizz, biex tittejjeb l-aċċessibilità għal servizzi tal-midja lineari u nonlineari għall-persuni anzjani u dawk b'diżabilità bħal dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ jew b'diffikultajiet ta' vista; |
29. |
Huwa tal-fehma li s-servizzi ta’ pjattaforma u s-servizzi ta’ portal għandhom ikunu interoperattivi sabiex jagħtu l-opportunità lil partijiet terzi, mingħajr diskriminazzjoni, li jipproduċu u jikkumerċjalizzaw l-applikazzjonijiet tagħhom stess, irrispettivament mill-mezz ta’ trażmissjoni; |
30. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura b’mod legalment vinkolanti li l-kontenut kollu bħala prinċipju jitqiegħed għad-dispożizzjoni f’netwerks u pjattaformi skont l-istess standard ta’ kwalità; |
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri legalment vinkolanti biex tiżgura li l-operaturi tan-netwerk b'mod sistematiku jittrattaw il-pakketti tad-data kollha ugwalment meta jgħadduhom mingħand l-emittenti għad-destinatarji, jiġifieri li huma ma jagħtux prijorità lil ċerti pakketti abbażi pereżempju tal-oriġini, il-kontenut, l-użu jew it-tariffa imposta fuq l-utenti, billi dan inkella jmur kontra l-għan li jkun żgurat aċċess universali u ġust għas-servizzi, kontra r-regoli dwar il-ħarsien tad-data, il-projbizzjoni fuq il-manipulazzjoni tad-data, il-priniċipju tal-integrità tal-kontenut u l-għan li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ġusti għall-kompetizzjoni; |
32. |
Jiġbed l-attenzjoni lejn l-effetti tad-disparitajiet bejn is-sistemi tal-VAT fil-livell Ewropewli se jiġu enfasizzati aktar bil-miġja tat-TV konness,; |
33. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tiżgura n-newtralità tal-internet; |
34. |
Jistieden lill-Kummissjoni tissalvagwardja bil-liġi l-integrità tas-servizzi lineari u nonlineari fuq pjattaformi ibridi u partikolarment tipprojbixxi s-sovrapożizzjoni jew l-amplifikazzjoni ta’ dawn is-servizzi minn fornituri tal-pjattaformi jew partijiet terzi b’kontenut jew servizzi oħra, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux inbdew b’mod espliċitu mill-utent u, fil-każ ta' kontenut li mhuwiex kopert mid-definizzjoni ta' komunikazzjoni individwali, ikunu ġew awtorizzati mill-fornitur tal-kontenut; jinnota li l-interferenza mhux awtorizzata minn partijiet terzi fil-kontenut jew is-sinjali tax-xandir ta’ fornitur u d-deċifrar, l-użu jew it-tixrid mhux awtorizzat tagħhom għandhom jiġu evitati bl-istess mod; |
35. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra miżuri sabiex jiġi kkunsidrat ir-riskju li fuq il-portali u l-magni ta' tiftix ikun hemm referenza għal siti mhux awtorizzati; |
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-livell ta' ħarsien fir-rigward tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva stabbiliti permezz ta' rekwiżiti regolatorji speċjali tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva ma jiddgħajjifx minn forniment mhux awtorizzat ta' aċċess għal pjattaformi oħrajn; |
37. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li t-tnedija ta' applikazzjonijiet ma tkunx awtomatika hekk kif ikun hemm aċċess għal portal, iżda li għandha tkun f'idejn l-utent, li r-ritorn lejn servizz li ntuża qabel għandu dejjem ikun sempliċi u jirrikjedi biss għafsa ta' buttuna (pereżempju l-funzjoni tal-buttuna l-ħamra), li għandu jkun ċar għall-utenti, u li meta applikazzjoni tintemm, is-servizz li jkun intuża qabel għandu jidher mill-ġdid fi kwalità awdjoviżiva sħiħa; |
38. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li fornitur tal-kontenut jista' jieħu azzjoni legali kontra tali applikazzjonijiet fuq pjattaformi ibridi li jippermettu jew iħeġġu t-tixrid mhux awtorizzat ta' kontenut li sar disponibbli mill-fornitur tal-kontenut; |
39. |
Jistieden lill-Kummissjoni, fejn xieraq għal raġunijiet ta' drittijiet tal-awtur, taħdem għall-istabbiliment ta' sistemi sempliċi li jikklerjaw id-drittijiet, li jippermettu li s-servizzi nonlineari li jsiru disponibbli minn fornituri tas-servizzi tal-midja jidhru mingħajr tibdil u bis-sħiħ fuq pjattaformi terzi; |
40. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-użu anonimu tat-TV u tas-servizzi onlajn permezz ta’ tagħmir li jirċievi ibridu li jinbigħu jew jiġu impurtati fl-UE jkun iggarantit fil-prinċipju u li jkun konformi bis-sħiħ mar-regoli tal-UE dwar il-privatezza u l-ħarsien tad-data; |
41. |
Jistieden lill-Kummissjoni teskludi s-servizzi tal-midja awdjoviżiva mill-miżuri ta’ liberalizzazzjoni nnegozjati bħala parti minn ftehimiet ta’ kummerċ internazzjonali, fid-dawl tan-natura duwali tagħhom u s-sinifikat tagħhom għas-soċjetà u, fl-istess waqt, tiżgura li l-kunċett ta’ “servizz tal-midja awdjoviżiva” ikun żviluppat sabiex jirrifletti l-proċess kontinwu tad-diġitilizzazzjoni u l-konverġenza tal-midja; |
42. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li s-servizzi tat-TV ibridu futuri jikkonformaw ukoll mal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-ħarsien tat-tfal, dwar il-projbizzjoni ta’ ċerti tipi ta’ reklamar għal raġunijiet ta’ saħħa, dwar il-projbizzjoni tat-tixwix għall-mibgħeda abbażi tar-razza, dwar is-separazzjoni bejn l-aħbarijiet u messaġġi ta’ reklamar, dwar it-trasparenza tas-sjieda, il-privatezza, eċċ, billi dawn huma regoli li saru parti mill-acquis komunitarju u li ma jistgħux jiġu evitati bl-iskuża tal-iżviluppi teknoloġiċi; jappella, b’mod partikolari, sabiex il-fornituri tas-servizzi u l-fornituri ta’ tagħmir ta’ TV ibridu minn barra l-UE jkunu infurmati li l-liġi applikabbli hija dik tal-pajjiż fejn jiġi pprovdut is-servizz u mhux dik fejn il-fornituri għandhom l-uffiċċju rregistrat tagħhom; |
43. |
Jistieden lill-Istati Membri sabiex fin-negozjati tal-qafas finanzjarju pluriennali, jikkunsidraw mill-ġdid it-tnaqqis fil-finanzjament, miċ-ċifra proposta oriġinarjament ta’ EUR 9,2 biljun għal EUR 1 biljun, għad-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija (DĠ Connect, CNECT) sabiex jiġi kopert l-iżvilupp ulterjuri tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjonijiet; |
44. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħti l-attenzjoni dovuta lil kwistjonijiet importanti dwar il-ħarsien tal-udjenza bħal pereżempju l-ħarsien tal-minorenni, u jemmen li Gwidi għall-Programm Elettroniċi jistgħu jkunu pjattaforma possibbli fejn jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet; |
45. |
Jiddispjaċih għall-fatt li għad hemm żoni vasti tal-Ewropa b’infrastruttura tal-internet limitata, u jfakkar lill-Kummissjoni li, sabiex joħroġ il-potenzjal tat-TV Konness huwa essenzjali għall-konsumaturi li jkollhom aċċess għal internet b'veloċità għolja; |
46. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(2) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.
(3) ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37.
(4) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51.
(5) ĠU L 337, 18.12.2009, p. 11.
(6) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7.
(7) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21.
(8) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.
(9) ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.
(10) ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
(11) ĠU C 257, 27.10.2009, p. 1.
(12) ĠU L 270, 7.10.1998, p. 48.
(13) ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 24.