Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0591

    Kawża C-591/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit) fit-13 ta’ Novembru 2015 – The Gibraltar Betting and Gaming Association Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs, Her Majesty’s Treasury

    ĠU C 27, 25.1.2016, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 27/19


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit) fit-13 ta’ Novembru 2015 – The Gibraltar Betting and Gaming Association Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs, Her Majesty’s Treasury

    (Kawża C-591/15)

    (2016/C 027/22)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: The Gibraltar Betting and Gaming Association Limited

    Konvenuta: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs, Her Majesty’s Treasury

    Domandi preliminari

    1)

    Għall-finijiet tal-Artikolu 56 TFUE u fid-dawl tar-relazzjonijiet kostituzzjonali li jeżistu bejn Ġibiltà u r-Renju Unit:

    1.1.

    Ġibiltà u r-Renju Unit għandhom jitqiesu bħala li jifformaw parti minn Stat Membru wieħed għall-finijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’tali mod li l-Artikolu 56 TFUE ma huwiex applikabbli, ħlief sa fejn dan jista’ jkun applikabbli għal miżura interna? Sussidjarjament,

    1.2.

    Fid-dawl tal-Artikolu 355(3) TFUE, Ġibiltà għandha l-istatus kostituzzjonali ta’ territorju separat mir-Renju Unit fi ħdan l-Unjoni Ewropea, b’tali mod li l-provvisti ta’ servizzi bejn Ġibiltà u r-Renju Unit għandhom jiġu ttrattati bħala kummerċ intern fl-Unjoni għall-finijiet tal-Artikolu 56 TFUE? Sussidjarjament,

    1.3.

    Ġibiltà għandha tiġi ttrattata bħala pajjiż jew territorju terz, b’tali mod li d-dritt tal-Unjoni Ewropea huwa applikabbli għall-kummerċ bejn ir-Renju Unit u Ġibiltà biss meta dan id-dritt huwa applikabbli bejn Stat Membru u Stat mhux membru? Sussidjarjament,

    1.4.

    Ir-relazzjonijiet kostituzzjonali bejn Ġibiltà u r-Renju Unit għandhom jiġu trattati b’xi mod ieħor għall-finijiet tal-Artikolu 56 TFUE?

    2)

    Miżuri nazzjonali fil-qasam fiskali li għandhom karatterisitiċi bħal dawk tan-New Tax Regime jikkostitwixxu restrizzjoni għad-dritt ta’ moviment liberu tas-servizzi, għall-finijiet tal-Artikolu 56 TFUE?

    3)

    Jekk dan huwa l-każ, l-għanijiet imfittxija, skont il-qorti tar-rinviju, mill-miżuri nazzjonali (bħan-New Tax Regime) huma għanijiet leġittimi li jistgħu jiġġustifikaw restrizzjoni tad-dritt ta’ moviment liberu tas-servizzi, skont l-Artikolu 56 TFUE?


    Top