EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0582

Kawża C-582/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Novembru 2015 – Openbaar Ministerie vs Gerrit van Vemde

ĠU C 27, 25.1.2016, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Novembru 2015 – Openbaar Ministerie vs Gerrit van Vemde

(Kawża C-582/15)

(2016/C 027/20)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Openbaar Ministerie

Konvenut: Gerrit van Vemde

Domanda preliminari

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li d-dikjarazzjoni li hemm imsemmija fiha tista’ tirrigwarda biss id-deċiżjonijiet mogħtija qabel il-5 ta’ Diċembru 2011, indipendentement mid-data li fiha dawn id-deċiżjonijiet jkunu saru res judicata, jew għandha tiġi interpretata fis-sens li d-dikjarazzjoni tista’ tirrigwarda biss id-deċiżjonijiet li jkunu saru res judicata qabel il-5 ta’ Diċembru 2011?


(1)  Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI, tas-27 ta’ Novembru 2008, dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 327, p. 27).


Top