Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0021

    Kawża T-21/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ottubru 2015 – NetMed vs UASI – Sander chemisch-pharmazeutische Fabrik (SANDTER 1953) (“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SANDTER 1953 — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Sander — Raġuni relattiva għal rifjut — Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni — Prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”)

    ĠU C 429, 21.12.2015, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 429/18


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ottubru 2015 – NetMed vs UASI – Sander chemisch-pharmazeutische Fabrik (SANDTER 1953)

    (Kawża T-21/14) (1)

    ((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SANDTER 1953 - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Sander - Raġuni relattiva għal rifjut - Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni - Prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”))

    (2015/C 429/24)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: NetMed Sàrl (Wasserbillig, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Schafhaus, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Sander chemisch-pharmazeutische Fabrik GmbH (Baden-Baden, il-Ġermanja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1846/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn NetMed Sàrl u Sander chemisch-pharmazeutische Fabrik GmbH.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    NetMed Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 61, 1.3.2014.


    Top