This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012AP0425
P7_TA(2012)0425 Approval of agricultural or forestry vehicles ***I European Parliament legislative resolution of 20 November 2012 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on the approval of agricultural or forestry vehicles (COM(2010)0395 — C7-0204/2010 — 2010/0212(COD)) P7_TC1-COD(2010)0212 Position of the European Parliament adopted at first reading on 20 November 2012 with a view to the adoption of Regulation (EU) No …/2013 of the European Parliament and of the Council on the approval and market surveillance of agricultural and forestry vehicles
P7_TA(2012)0425 L-approvazzjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (COM(2010)0395 – C7-0204/2010 – 2010/0212(COD)) P7_TC1-COD(2010)0212 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija
P7_TA(2012)0425 L-approvazzjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (COM(2010)0395 – C7-0204/2010 – 2010/0212(COD)) P7_TC1-COD(2010)0212 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija
ĠU C 419, 16.12.2015, pp. 209–210
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
16.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 419/209 |
P7_TA(2012)0425
L-approvazzjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (COM(2010)0395 – C7-0204/2010 – 2010/0212(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2015/C 419/40)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0395), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0204/2010), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta’ Diċembru 2010 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-28 ta' Settembru 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0446/2011), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinsab hawnhekk; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 54, 19.2.2011, p. 42.
P7_TC1-COD(2010)0212
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 167/2013.)