Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012DP0423

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 dwar l-emenda tal-Artikolu 181 tar-Regoli ta' Proċedura dwar ir-rapporti verbatim u l-Artikolu 182 dwar ir-rekord awdjoviżiv tad-diskussjonijiet (2012/2080(REG))

ĠU C 419, 16.12.2015, pp. 200–202 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/200


P7_TA(2012)0423

Emenda tal-Artikolu 181 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dwar ir-rapporti verbatim u tal-Artikolu 182 dwar ir-rekord awdjoviżiv tad-diskussjonijiet

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 dwar l-emenda tal-Artikolu 181 tar-Regoli ta' Proċedura dwar ir-rapporti verbatim u l-Artikolu 182 dwar ir-rekord awdjoviżiv tad-diskussjonijiet (2012/2080(REG))

(2015/C 419/32)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ittra tal-President tiegħu tat-13 ta' Jannar 2012,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Ottubru 2011 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 kif modifikat mill-Kunsill – it-taqsimiet kollha – u l-ittri ta' emenda Nri 1/2012 u 2/2012 għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0336/2012),

A.

billi l-iffrankar mill-baġit fil-qasam tat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni m'għandux jipperikola l-prinċipju tal-multilingwiżmu imma huwa possibbli bl-għajnuna tal-innovazzjoni u ta' metodi ġodda ta' ħidma (2),

1.

Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.

Ifakkar li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni.

Emenda 1

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 181 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1.   Għandu jsir rapport verbatim fil-lingwi uffiċjali kollha tad-diskussjonijiet ta' kull seduta.

1.   Għandu jsir rapport verbatim tad-diskussjonijiet ta' kull seduta bħala dokument multilingwi li fih jidhru l-kontribuzzjonijiet orali kollha bil-lingwa oriġinali tagħhom .

Emenda 2

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 181 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2.   Il-kelliema għandhom iroddu l-korrezzjonijiet għat-test ittajpjat tad-diskorsi tagħhom lis-Segretarjat fi żmien ġimgħa .

2.   Il-kelliema jistgħu jagħmlu korrezzjonijiet għat-test ittajpjat tal-kontribuzzjonijiet orali tagħhom fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol . Il-korrezzjonjiet għandhom jintbagħtu sal-iskadenza lis-Segretarjat.

Emenda 3

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 181 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

3.   Ir-rapport verbatim għandu jkun ippubblikat bħala anness mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

3.   Ir-rapport verbatim multilingwi għandu jkun ippubblikat bħala anness mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jinżamm fir-rekords tal-Parlament .

Emenda 4

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 181 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

4.    Il-Membri jistgħu jitolbu traduzzjoni ta ’ malajr ta’ siltiet mir-rapport verbatim.

4.    Għandha ssir traduzzjoni bi kwalunkwe lingwa uffiċjali ta ' silta mir-rapport verbatim fuq talba minn Membru . Jekk ikun meħtieġ, it-traduzzjoni għandha tingħata fi żmien qasir.

Emenda 5

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 182 – paragrafu - 1 (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Id-diskussjonijiet tal-Parlament bil-lingwi li jsiru, kif ukoll is-soundtrack multilingwi minn kull kabina attiva tal-interpretazzjon, għandhom jixxandru fil-ħin reali fil-websajt tiegħu.

Emenda 6

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 182 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

Eżatt wara s-seduta għandu jsir rekord awdjoviżiv tad-diskussjonijiet li jkun jinkludi s-“soundtracks” minn kull kabina ta' l-interpretazzjoni, u li għandu jkun aċċessibbli fuq l-internet .

Eżatt wara s-seduta għandu jsir rekord awdjoviżiv indiċiżżat tad-diskussjonijiet bil-lingwi li jsiru fihom, kif ukoll is-soundtracks multilingwi minn kull kabina attiva tal-interpretazzjoni u dawn għandhom isiru disponibbli fil-websajt tal-Parlament matul il-mandat parlamentari kurrenti u dak li jmiss, u wara dan iż-żmien dawn għandhom jinħażnu fir-rekords tal-Parlament. Dan ir-rekord awdjoviżiv għandu jkun marbut permezz ta' ħolqa mar-rapporti verbatim tad-diskussjonijiet malli dawn ikunu disponibbli .


(1)  Testi adottati, P7_ TA(2011)0461.

(2)  Ara r-Riżoluzzjoni tas-26 ta' Ottubru 2011 imsemmija hawn fuq, il-paragrafu 77.


Top