Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0388

Kawża T-388/15: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2015 – J & Joy vs UASI – Joy-Sportswear (JN-JOY)

ĠU C 381, 16.11.2015, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/45


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2015 – J & Joy vs UASI – Joy-Sportswear (JN-JOY)

(Kawża T-388/15)

(2015/C 381/55)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: J & Joy SA (Waremme, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Maqua u C. Pirenne, avukjati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Joy-Sportswear GmbH (Ottensoos, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “JN-JOY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 410 041

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ April 2015 fil-Każ R 1353/2014-2

Talbiet

tistħarreġ id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u tiddikjara l-oppożizzjoni inammissibbli;

tikkundanna lill-opponenti għall-ispejjeż u sabiex tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni abbażi tal-Artikolu 81 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top