EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0678

Kawża T-678/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – L-Islovakkja vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Riżorsi proprji tal-Unjoni — Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri — Obbligu li jitħallas lill-Kummissjoni l-ammont li jikkorrispondi ma’ telf ta’ riżorsi proprji — Ittra tal-Kummissjoni — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà”)

ĠU C 381, 16.11.2015, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – L-Islovakkja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-678/14) (1)

((“Rikors għal annullament - Riżorsi proprji tal-Unjoni - Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri - Obbligu li jitħallas lill-Kummissjoni l-ammont li jikkorrispondi ma’ telf ta’ riżorsi proprji - Ittra tal-Kummissjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))

(2015/C 381/41)

Lingwa tal-kawża: l-Islovakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Grønfeldt, A. Tokár u M. Wasmeier, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra BUDG/B/03MV D (2014) 2351197, tal-15 ta’ Lulju 2014, li permezz tagħha din tal-aħħar tordna lir-Repubblika Slovakka li tagħmel għad-dispożizzjoni tagħha l-ammont gross ta’ EUR 1 6 02  457,33 (li minnu għandu jitnaqqas 25 % bħala spejjeż ta’ ġbir) li jikkorrispondi ma’ telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali, u dan mhux iktar tard mill-ewwel ġurnata ta’ xogħol li ssegwi d-dsatax-il jum tat-tieni xahar wara li din l-ittra kienet intbagħtet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Rumanija.

3)

Ir-Repubblika Slovakka hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Repubblika Slovakka, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Rumanija għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 448, 15.12.2014.


Top