EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0585

Kawża T-585/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Riżorsi proprji tal-Unjoni — Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri — Obbligu li l-Kummissjoni titħallas l-ammont li jikkorrispondi għat-telf ta’ riżorsi proprji — Ittra tal-Kummissjoni — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà”)

ĠU C 381, 16.11.2015, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-585/14) (1)

((“Rikors għal annullament - Riżorsi proprji tal-Unjoni - Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri - Obbligu li l-Kummissjoni titħallas l-ammont li jikkorrispondi għat-telf ta’ riżorsi proprji - Ittra tal-Kummissjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))

(2015/C 381/35)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: L. Bembič, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ondrůšek, M. Wasmeier u M. Žebre, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tal-allegata deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-baġit tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra BUDG/B/03MV D (2014) 1782918, tat-2 ta’ Ġunju 2014, li permezz tagħha din tal-aħħar ikkonstatat, minn naħa, li r-Repubblika tal-Slovenja hija finanzjarjament responsabbli għat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali għall-baġit tal-Unjoni Ewropea fil-waqt tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ importazzjoni taz-zokkor għas-sena 2011 u, min-naħa l-oħra, li dan l-Istat Membru kellu jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-Unjoni ammont ekwivalenti għat-telf tar-riżorsi proprji tradizzjonali

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tar-Repubblika Portugiża u tar-Renju ta’ Spanja.

3)

Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha flimkien ma’ dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Repubblika tas-Slovenja, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Portugiża u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu kull wieħed, l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 372, 20.10.2014.


Top