Valitse kokeelliset ominaisuudet, joita haluat kokeilla

Tämä asiakirja on ote EUR-Lex-verkkosivustolta

Asiakirja 62013TB0089(01)

Kawża T-89/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2015 – Calestep vs ECHA (“REACH — Ħlasijiet dovuti għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza — Tnaqqis mogħti lill-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju — Żball fid-dikjarazzjoni dwar id-daqs tal-impriża — Deċiżjoni li timponi spiża amministrattiva — Rakkomandazzjoni Nru 2003/361/KE — Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

ĠU C 381, 16.11.2015, s. 27—27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2015 – Calestep vs ECHA

(Kawża T-89/13) (1)

((“REACH - Ħlasijiet dovuti għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza - Tnaqqis mogħti lill-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju - Żball fid-dikjarazzjoni dwar id-daqs tal-impriża - Deċiżjoni li timponi spiża amministrattiva - Rakkomandazzjoni Nru 2003/361/KE - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

(2015/C 381/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Calestep, SL (Estepa, Spanja) (rappreżentant: E. Cabezas Mateos, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä, A. Iber u C. Schultheiss, aġenti, assistiti minn C. Garcia Molyneux, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni SME (2012) 4028 tal-ECHA, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li tikkonstata li r-rikorrenti ma tissodisfax ir-rekwiżiti sabiex tibbenefika mit-tnaqqis fil-ħlasijiet previst għall-impriżi żgħar u li timponilha spejjeż amministrattivi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Calestep, SL għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 108, 13.4.2013.


Alkuun