Pasirinkite eksperimentines funkcijas, kurias norite išbandyti

Šis dokumentas gautas iš interneto svetainės „EUR-Lex“

Dokumentas 62015CN0376

    Kawżi magħquda C-376/15 P u C-377/15 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 minn Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-29 ta’ April 2015 fil-Kawżi magħqudaT-558/12 u T-559/12 – Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    ĠU C 381, 16.11.2015, p. 12—13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 381/12


    Appell ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 minn Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-29 ta’ April 2015 fil-Kawżi magħqudaT-558/12 u T-559/12 – Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    (Kawżi magħquda C-376/15 P u C-377/15 P)

    (2015/C 381/15)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd (rappreżentanti: R. Antonini, avukat, E. Monard, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, European Industrial Fasteners Institute AISBL (EIFI)

    Talbiet

    1)

    tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawżi magħquda T-558/12 u T-559/12 Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

    2)

    tilqa’ t-talbiet tal-appellanti sostnuti fir-rikors tagħhom ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali u tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 924/2012, tal-4 ta’ Ottubru 2012, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (1), sa fejn jikkonċerna lill-appellanti;

    3)

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll għall-ispejjeż tal-appellanti;

    4)

    tikkundanna lill-intervenjenti għal-ispejjeż rispettivi tagħhom.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna l-kunċett ta’ “transizzjonijiet [paragunabbli] kollha ta’ l-esportazzjoni” u r-relazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet ikkonċernati, wettqet żball ta’ liġi meta interpretat b’mod żbaljat l-Artikoli 2(10) u 2(11) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2), kif ukoll l-Artikoli 2.4 u 2.4.2 tal-Ftehim dwar l-Implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994, u imponiet oneru ta’ prova mhux raġonevoli fuq l-appellanti.

    L-appellanti jsostnu sussegwentement li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 2(10) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea kif ukoll l-Artikolu 2.4 tal-Ftehim dwar l-Implementazzjoni tal-Artikolu VI tal- Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994, li ma weġbitx għal ċerti argumenti tal-appellanti u li wettqet żball ta’ liġi meta evalwat l-obbligu ta’ motivazzjoni bbażat fuq l-Artikolu 296 TFUE.


    (1)  ĠU L 275, p. 1.

    (2)  ĠU L 343, p. 51.


    Į viršų