Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0424

    Kawża C-424/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-31 ta’ Lulju 2015 – Xabier Ormaetxea Garai u Bernardo Lorenzo Almendros vs Administración del Estado

    ĠU C 363, 3.11.2015, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 363/21


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-31 ta’ Lulju 2015 – Xabier Ormaetxea Garai u Bernardo Lorenzo Almendros vs Administración del Estado

    (Kawża C-424/15)

    (2015/C 363/26)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Supremo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Xabier Ormaetxea Garai u Bernardo Lorenzo Almendros

    Konvenuta: Administración del Estado

    Domandi preliminari

    1)

    L-interpretazzjoni tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002 (1), dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, tippermetti li jitqies li, mill-perspettiva tal-ħarsien effettiv tal-interessi ġenerali li għandu jiġi ggarantit mill-awtorità nazzjonali regolatorja f’dan il-qasam, il-ħolqien mil-leġiżlatur nazzjonali ta’ awtortià regolatorja u ta’ superviżjoni bbażata fuq mudell istituzzjonali mhux speċjalizzat, li jgħaqqad taħt organu wieħed l-awtoritajiet ta’ superviżjoni li kienu jeżistu sa dakinhar b’mod partikolari fil-qasam tal-enerġija, tat-telekomunikazzjonijiet u tal-kompetizzjoni, huwa kompatibbli ma din id-direttiva?

    2)

    Ir-rekwiżiti ta’ “indipendenza” tal-awtoritajiet nazzjonali regolatorji fil-qasam ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, li għalihom jagħmlu riferiment l-Artikoli 3(2) u 3a tad-Direttiva 2002/21/KE, emendata bid-Direttiva 2009/140/KE (2), għandhom ikunu analogi għal dawk imposti mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ supervizjoni tal-protezzjoni tad-data personali dis-sens tal-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE (3)?

    3)

    Il-ġurisprudenza li tinsab fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ April 2014 (4) tista’ tiġi applikata għal każ fejn il-persuni responsabbli għal awtorità nazzjonali regolatorja tat-telekomunikazzjonijiet jingħataw is-sensja qabel ma jintemm il-mandat tagħhom minħabba qafas legali ġdid li joħloq awtorità ta’ superviżjoni li tiġbor taħtha diversi awtoritajiet nazzjonali regolatorji ta’ setturi rregolati? Din is-sensja antiċipata, biss minħabba d-dħul fis-seħħ ta’ liġi nazzjonali ġdida u mhux minħabba l-għajbien ex post tar-rekwiżiti ratione personae tal-aġenti tagħhom, li kienu ġew stabbiliti minn qabel fid-dritt nazzjonali, tista’ titqies kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(3a) tad-Direttiva 2002/21/KE?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349.

    (2)  ĠU L 337, p. 37.

    (3)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data.

    (4)  C-288/12, EU:C:2014:237.


    Top