This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0209
Case C-209/15: Request for a preliminary ruling from the Centrale Raad van Beroep (Netherlands) lodged on 6 May 2015 — Korpschef van politie v W.F. de Munk
Kawża C-209/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Mejju 2015 – Korpschef van politie vs W.F. de Munk
Kawża C-209/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Mejju 2015 – Korpschef van politie vs W.F. de Munk
ĠU C 254, 3.8.2015, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 254/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Mejju 2015 – Korpschef van politie vs W.F. de Munk
(Kawża C-209/15)
(2015/C 254/08)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Centrale Raad van Beroep
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Korpschef van politie
Konvenut: W.F. de Munk
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħalma huwa l-Artikolu 19 tal-Besluit algemene rechtspositie politie (Digriet dwar l-istatus ġuridiku ġenerali tal-pulizija, iktar ’il quddiem il-“Barp”), li tipprovdi li uffiċjal imkeċċi inġustament ma jakkumulax drittijiet għal sigħat ta’ leave matul il-perijodu bejn id-data tat-tkeċċija tiegħu u d-data tar-reintegrazzjoni tiegħu fis-servizz jew dik li fiha r-relazzjoni ta’ xogħol tintemm b’mod validu? |
2) |
Jekk mir-risposta għall-ewwel domanda jirriżulta li fil-fatt matul il-perijodu kontenzjuż ġew akkumulati drittijiet għal sigħat ta’ leave, l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-Artikolu 23 tal-Barp, li jipprovdi li, mat-tmiem tas-sena ta’ referenza, huwa biss numru limitat ta’ sigħat ta’ leave li jista’ jiġi ttrasferit għas-sena segwenti u li d-drittijiet għal sigħat ta’ leave li jkunu għadhom ma ttieħdux jiskadu? |
(1) Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).