Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0159

    Kawża T-159/15: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2015 – Puma vs UASI – Gemma Group (Disinn ta’ annimal jaqbeż)

    ĠU C 171, 26.5.2015, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.5.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 171/35


    Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2015 – Puma vs UASI – Gemma Group (Disinn ta’ annimal jaqbeż)

    (Kawża T-159/15)

    (2015/C 171/42)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gemma Group Srl (Cerasolo Ausa, l-Italja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

    Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark ikkonċernata: trade mark Komunitarja verbali figurattiva (Disinn ta’ annimal jaqbeż) – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 1 1 5 73  474

    Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Diċembru 2014, fil-Każ R 1207/2014-5

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikoli 8(5), 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top