This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0008
Case T-8/15: Action brought on 8 January 2015 — Auyantepui Corp. v OHIM — Magda Rose (Mr Jones)
Kawża T-8/15: Rikors ippreżentat fit- 8 ta Jannar 2015 – Auyantepui Corp. vs UASI – Magda Rose (Mr Jones)
Kawża T-8/15: Rikors ippreżentat fit- 8 ta Jannar 2015 – Auyantepui Corp. vs UASI – Magda Rose (Mr Jones)
ĠU C 118, 13.4.2015, p. 31–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
13.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 118/31 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta Jannar 2015 – Auyantepui Corp. vs UASI – Magda Rose (Mr Jones)
(Kawża T-8/15)
(2015/C 118/39)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Auyantepui Corp. SA (il-Belt tal-Panama, il-Panama) (rappreżentant: E. Manresa Medina, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Magda Rose GmbH & Co. KG (Vienna, l-Awstrija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “Mr Jones” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 669 794
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 49/2014-2
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’ l-applikazzjoni għat-trade mark; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra, jekk din tintervjeni, sabiex tħallas l-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009. |