Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0010

    Kawża T-10/15 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2015 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-11 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża F-52/11, De Nicdola vs BEI

    ĠU C 73, 2.3.2015, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 73/48


    Appell ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2015 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-11 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża F-52/11, De Nicdola vs BEI

    (Kawża T-10/15 P)

    (2015/C 073/60)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

    Talbiet

    L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha, bi bdil parzjali tas-sentenza kkontestata, tannulla l-paragrafu 2 u 3 tad-dispożittiv u l-punti 5, 7, 14, 16 sa 21, 24 sa 27, 29, 32, 35 sa 37, 39 sa 43, 46 sa 55, 57 sa 59, 62 sa 66, 68 sa 69, 73 u 74, 76 u 77, 87 sa 91, 93, 95 sa 100, 103, 106 u 107, 109 sa 112, 117, 120, 124, 142, 144 u 145, 148 sa 153, 161 sa 170, 175 sa 182 u 184 sa 193 tas-sentenza kkontestata. Tibgħat lura l-kawża quddiem awla oħra tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, b’kulleġġ ġudikanti differenti, sabiex tingħata deċiżjoni mill-ġdid fuq il-punti annullati, wara li tintlaqa’ t-talba għal perizja medika mressqa preċedentement. L-appellant jirriżerva d-dritt li jressaq kwalsiasi talba għal miżuri istruttorji, diretta u/jew kuntrarja, li tkun neċessarja fid-dawl tal-argumenti ta’ difiża mressqa mill-parti avversarja, u li jippreżenta kull dokument meqjus utli għall-konfutazzjoni tal-argumenti opposti. Tikkundanna lill-parti avversarja għall-ispejjeż.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka l-aggravji segwenti:

    1.

    Nuqqas ta’ motivazzjoni tad-dispożizzjonijiet kkontestati.

    2.

    Għal dak li jirrigwarda l-annullament tal-atti konnessi u ta’ dawk li ntużaw mill-Kumitat ta’ Investigazzjoni, l-appellant jikkontesta d-dikjarazzjoni ta’ inammissibbiltà peress li t-talba kienet tirrigwarda speċifikament l-atti kollha użati mill-Kumitat ta’ Investigazzjoni u mitluba inutilment.

    3.

    Għal dak li jirrigwarda t-talba għall-konstatazzjoni ta’ fastidju, l-appellant jikkontesta s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku minħabba motivazzjoni speċjuża, billi l-konstatazzjoni tal-ksur ta’ obbligu kuntrattwali mwettaq fil-konfront tiegħu ma tikkostitwixxix ċertament ordni indirizzata lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lanqas dikjarazzjoni ta’ prinċipju.

    4.

    Għal dak li jirrigwarda t-talba sabiex jitwaqqaf il-fastidju, l-appellant isostni li l-allegata projbizzjoni li tingħata ordni ma tistax tkun assoluta, iżda għandha neċessarjament titneħħa fil-każ ta’ aġir li jippreġudikaw id-dinjità tal-persuna u d-drittijiet fundamentali.

    5.

    Għal dak li jirrigwarda t-talba għall-kumpens għad-danni li jirriżultaw mill-fastidju, l-appellant jenfasizza l-fatt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, minn naħa, jirrevoka t-talbiet tiegħu lill-Kumitat ta’ Investigazzjoni u, min-naħa l-oħra, josserva li l-BEI ma huwa marbut bl-ebda obbligu ta’ eżekuzzjoni, peress li ma ngħatat ebda deċiżjoni għal dan il-għan u li d-deċiżjoni tal-Kumitat ma għandha l-ebda saħħa obbligatorja, ma hijiex vinkolanti u lanqas ma tikkostitwixxi rekwiżit proċedurali.

    6.

    Għal dak li jirrigwarda t-talba għall-kumpens għad-danni kkunsidrati ex se, l-appellant isostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jikkritikah inġustament talli ma qajjem ebda żball ta’ liġi, u jikkontesta l-ħlas u l-motivazzjoni tal-kumpens iffissat għas-somma ta’ EUR 3 000.


    Top