Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0361

    Kawża T-361/14: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Lulju 2014 – HB et vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 409, 17.11.2014, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 409/44


    Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2014 – HB et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-361/14)

    2014/C 409/64

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: HB (Linz, l-Awstrija); Hans Joachim Richter (Bremen, il-Ġermanja); Carmen Arsene (Pitesti, ir-Rumanija); Robert Coates Smith (Glatton, ir-Renju Unit); Magdalena Anna Kuropatwinska (Varsavja, il-Polonja); Nathalie Louise Klinge (Zuidbroek, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Christos Yiapanis (Paphos, Ċipru) (rappreżentanti: C. Kolar, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-26 ta’ Marzu 2014 li permezz tagħha ġiet miċħuda r-reġistrazzjoni tal-inizjattiva ta’ ċittadini proposta bit-titolu “Ethics for Animals and Kids”.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti essenzjalment isostnu li l-Kummissjoni, permezz tad-deċiżjoni tagħha li permezz tagħha ġiet miċħuda r-reġistrazzjoni tal-inizjattiva ta’ ċittadini proposta bit-titolu “Ethics for Animals and Kids”, marret lil hinn mill-kompetenza tagħha u kisret l-obbligu ta’ protezzjoni tagħha, il-projbizzjoni ġenerali tal-arbitrarjetà kif ukoll l-Artikoli 11 u 13 TFUE.


    Top