Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0119

Kawżi magħquda C-119/13 u C-120/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Amtsgericht Wedding – il-Ġermanja) – eco cosmetics GmbH & Co. KG vs Virginie Laetitia Barbara Dupuy (C-119/13), Raiffeisenbank St. Georgen reg. Gen. mbH vs Tetyana Bonchyk (C-120/13) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 1896/2006 — Proċedura Ewropea għal ordni ta’ ħlas — Assenza ta’ komunikazzjoni jew ta’ notifika valida — Effetti — Ordni għal ħlas Ewropea ddikjarata eżekuttiva — Oppożizzjoni — Reviżjoni f’każijiet eċċezzjonali — Termini)

ĠU C 395, 10.11.2014, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Amtsgericht Wedding – il-Ġermanja) – eco cosmetics GmbH & Co. KG vs Virginie Laetitia Barbara Dupuy (C-119/13), Raiffeisenbank St. Georgen reg. Gen. mbH vs Tetyana Bonchyk (C-120/13)

(Kawżi magħquda C-119/13 u C-120/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 1896/2006 - Proċedura Ewropea għal ordni ta’ ħlas - Assenza ta’ komunikazzjoni jew ta’ notifika valida - Effetti - Ordni għal ħlas Ewropea ddikjarata eżekuttiva - Oppożizzjoni - Reviżjoni f’każijiet eċċezzjonali - Termini))

(2014/C 395/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Wedding

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: eco cosmetics GmbH & Co. KG (C-119/13), Raiffeisenbank St. Georgen reg. Gen. mbH (C-120/13)

Konvenuti: Virginie Laetitia Barbara Dupuy (C-119/13), Tetyana Bonchyk (C-120/13)

Dispożittiv

Ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proċeduri previsti fl-Artikoli 16 sa 20 ta’ dan ir-regolament ma jkunux applikabbli meta jirriżulta li ordni għal ħlas Ewropea ma tkunx ġiet ikkomunikata jew innotifikata b’mod konformi mal-istandards minimi stabbiliti fl-Artikoli 13 sa 15 tal-imsemmi regolament.

Meta jkun biss wara d-dikjarazzjoni ta’ saħħa eżekuttiva ta’ ordni għal ħlas Ewropea li tali irregolarità tiġi rrivelata, il-konvenut għandu jkollu l-opportunità li jinvoka din l-irregolarità, li għandha, jekk tiġi debitament ipprovata, twassal għall-invalidità ta’ din id-dikjarazzjoni ta’ forza eżekuttiva.


(1)  ĠU C 164, 08.06.2013.


Top