Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0589

    Kawża T-589/14: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Awwissu 2014 – Musso vs Il-Parlament

    ĠU C 351, 6.10.2014, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 351/22


    Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2014 – Musso vs Il-Parlament

    (Kawża T-589/14)

    2014/C 351/28

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: François Musso (Ajaccio, Franza) (rappreżentant: A. Gross, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet tar-rikorrent

    tilqa’ dan ir-rikors u tiddikjarah fondat;

    tannulla d-deċiżjoni tas-26 ta’ Ġunju 2014:

    prinċipalment, abbażi tal-irregolarità proċedurali minħabba fin-nuqqas ta’ firma tal-President;

    inkella abbażi tal-ksur tad-drittijiet tad-difiża għall-assenza ta’ pubbliċità tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Lulju 1996 li sservi bħala bażi għad-deċiżjoni tas-26 ta’ Ġunju 2014;

    inkella abbażi tal-ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju;

    inkella abbażi ta’ insuffiċjenza ta’ motivi għad-deċiżjoni tas-26 ta’ Ġunju 2014;

    inkella abbażi tal-ksur tal-prinċipju tat-terminu raġonevoli li jaffettwa l-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża;

    inkella abbażi tal-ksur tal-prinċipju tad-dritt akkwistat;

    tirreżerva lir-rikorrent id-drittijiet, il-ħlas, il-mezzi u l-azzjonijiet l-oħra kollha dovuti;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha ta’ din l-istanza.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq irregolarità proċedurali tad-deċiżjoni kkontestata tas-26 ta’ Ġunju 2014, peress li din tal-aħħar ma kinitx ġiet iffirmata mill-President tal-Parlament skont regolament intern tal-Parlament Ewropew.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent, sa fejn id-deċiżjoni tas-17 ta’ Lulju 1996 li kienet isservi bħala bażi għad-deċiżjoni kkontestata tas-26 ta’ Ġunju 2014, allegatament ma kinitx ġiet ippubblikata, bi ksur tal-Artikolu 28 tar-regolament intern tal-membri.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju.

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq insuffiċjenza ta’ motivi tad-deċiżjoni kkontestata.

    5.

    Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tat-terminu raġonevoli, peress li Parlament stenna tmien snin qabel ma beda l-proċedura ta’ rkupru kontra r-rikorrent.

    6.

    Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tad-dritt miksub, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tippreġudika d-drittijiet għall-pensjoni li r-rikorrent allegatament kiseb fit-3 ta’ Awwissu 1994.


    Top