Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0049

    Kawża F-49/14: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Mejju 2014 – ZZ et vs Il-Parlament

    ĠU C 292, 1.9.2014, p. 62–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 292/62


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2014 – ZZ et vs Il-Parlament

    (Kawża F-49/14)

    2014/C 292/80

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: M. C. García-Hirschfeld, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li taħtar lill-evalwatur inizjali tar-rikorrenti għall-proċedura ta’ evalwazzjoni għas-sena 2013.

    Talbiet tar-rikorrenti

    l-annullament tad-deċiżjoni tal-4 ta’ Marzu 2014, ikkonfermata permezz ta’ ittra tat-8 ta’ April 2014, li fiha r-rikorrenti ġew informati bil-ħatra tas-Sur X bħala evalwatur inizjali;

    kif meħtieġ, is-sospensjoni tal-proċedura tar-rapporti tal-evalwazjoni tal-2013;

    is-sospensjoni immedjata tas-Sinjura X mill-funzjonijiet kollha tagħha;

    tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.


    Top