This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0508
Case T-508/14: Action brought on 6 July 2014 — Gas Natural v Commission
Kawża T-508/14: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Lulju 2014 – Gas Natural vs Il-Kummissjoni
Kawża T-508/14: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Lulju 2014 – Gas Natural vs Il-Kummissjoni
ĠU C 292, 1.9.2014, p. 55–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 292/55 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2014 – Gas Natural vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-508/14)
2014/C 292/67
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Gas Natural SDG, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: F. Seijo Pérez, R. García Gómez de Zamora u M. Troncoso Ferrer, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tordna l-irkupru tal-għajnuna, u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-17 ta’ Lulju 2013, dwar ir-Reġim tat-taxxa applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni finanzjarja magħruf ukoll bħala s-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni SA.21233 C/2011 (ex NN/2011, ex CP 137/2006).
L-allegati motivi u argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-401/14, Duro Felguera vs Il-Kummissjoni, T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni u T-500/14, Derivados del Flúor vs Il-Kummissjoni.
B’mod partikolari, huwa allegat il-ksur tal-Artikoli 107 u 108 TFUE, fin-nuqqas tal-prova tan-natura selettiva tal-allegata għajnuna u tal-effett tagħha fuq il-kummerċ bejn Stati Membri, il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u tad-dmir ta’ motivazzjoni tal-atti, sabiex l-Asociaciones de Interés Económico u l-investituri tagħhom jikkwalifikaw bħala benefiċjarji tal-allegata għajnuna, il-ksur tal-Artikoli 107 u 108 TFUE u tal-prinċipju ta’ użu ħażin ta’ poter, mat-teħid tad-deċiżjoni kkontestata dwar il-legalità ta’ kuntratti bejn operaturi privati, kif ukoll il-ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.