Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0470

    Kawża T-470/14: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Ġunju 2014 – Hewlett Packard Development Company vs UASI (ELITEPAD)

    ĠU C 292, 1.9.2014, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 292/50


    Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2014 – Hewlett Packard Development Company vs UASI (ELITEPAD)

    (Kawża T-470/14)

    2014/C 292/62

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Hewlett Packard Development Company LP (Houston, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Raab u H. Lauf, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-27 ta’ 2014, fil-Każ R 884/2013-2;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ELITEPAD” għal prodotti fil-Klassi 9 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 1 3 18  284

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni rrifjutata

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(c) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top