This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TA0543
Case T-543/08: Judgment of the General Court of 11 July 2014 — RWE and RWE Dea v Commission (Competition — Agreements, decisions and concerted practices — Paraffin waxes market — Slack wax market — Decision finding an infringement of Article 81 EC — Price fixing and market sharing — Liability of a parent company for the infringements of the competition rules committed by its subsidiary and by a joint venture owned in part by it — Decisive influence exercised by the parent company — Presumption where the parent company holds 100 % of the shares — Succession of undertakings — Proportionality — Equal treatment — 2006 Guidelines on the method of setting fines — Unlimited jurisdiction)
Kawża T-543/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 11 ta’ Lulju 2014 – RWE u RWE Dea vs Il-Kummissjoni “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tax-xema’ tal-paraffin — Suq tax-xema’ ratba — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq — Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarja tagħha u minn impriża konġunta miżmuma parzjalment minnha — Influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent — Preżunzjoni fil-każ ta’ żamma ta’ sehem ta’ 100 % — Suċċessjoni — Proporzjonalità — Ugwaljanza fit-trattament — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Ġurisdizzjoni sħiħa”

ĠU C 292, 1.9.2014, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 292/25 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2014 – RWE u RWE Dea vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-543/08) (1)
(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tax-xema’ tal-paraffin - Suq tax-xema’ ratba - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq - Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarja tagħha u minn impriża konġunta miżmuma parzjalment minnha - Influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent - Preżunzjoni fil-każ ta’ żamma ta’ sehem ta’ 100 % - Suċċessjoni - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Ġurisdizzjoni sħiħa”)
2014/C 292/30
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: RWE AG (Essen, il-Ġermanja); u RWE Dea AG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Stadler, M. Röhrig u S. Budde, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament tal-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5476 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 – Xema’ tax-xemgħa), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqhom.
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5476, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 – Xema’ tax-xemgħa), huwa annullat sa fejn il-Kummissjoni Ewropea kkonstatat fih li RWE AG u RWE Dea AG kienu pparteċipaw fil-ksur wara t-2 ta’ Jannar 2002. |
2) |
L-ammont tal-multa imposta fuq RWE u fuq RWE Dea huwa ffissat għal EUR 3 5 8 88 562. |
3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
4) |
Il-Kummissjoni għandha tbati parti waħda minn ħames partijiet tal-ispejjeż tagħha u parti waħda minn ħames partijiet tal-ispejjeż sostnuti minn RWE u RWE Dea. RWE u RWE Dea għandhom ibatu erba’ partijiet minn ħames partijiet tal-ispejjeż tagħhom u erba’ partijiet minn ħames partijiet ta’ dawk tal-Kummissjoni. |