Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0044

Kawża T-44/14: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Jannar 2014 — Costantini et vs Il-Kummissjoni

ĠU C 93, 29.3.2014, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/26


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2014 — Costantini et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-44/14)

2014/C 93/46

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bruno Costantini (Jesi, l-Italja), Robert Racke (Lamadelaine, il-Lussemburgu), Pietro Pravata (Beyne-Heusay, il-Belġju), Zbigniew Galązka (Łódź, il-Polonja), Justo Santos Domínguez (Leganés, Spanja), Maria Isabel Lemos (Mealhada, il-Portugall), André Clavelou (Vincennes, Franza), Citizens’ Committee “Right to Lifelong Care: Leading a life of dignity and Independence is a fundamental right!”, (rappreżentanti: O. Brouwer, avukat u A. Woods, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-5 ta’ Novembru 2013 li tiċħad it-talba għar-reġistrazzjoni ta’ proposta ta’ inizjattiva taċ-ċittadini msejħa “Right to Lifelong Care: Leading a life of dignity and Independence is a fundamental right!” (iktar il quddiem l-“inizjattiva”) abbażi tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011, dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (ĠU L 65, p. 1), kif din id-deċiżjoni ġiet innotifikata lill-mandatarju u lill-mandatarju speċjali tar-rikorrenti fil-5 ta’ Novembru 2013 b’ittra bir-referenza “C(2013) 7612 finali” (iktar il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti, inklużi dawk sostnuti minn kwalunkwe intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-argument li l-Kummissjoni, billi rrifjutat ir-reġistrazzjoni tal-inizjattiva, ma applikatx b’mod korrett il-kriterju ġuridiku previst fl-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament Nru 211/2011, peress li (i) hija kkunsidrat b’mod żbaljat li l-għanijiet tal-inizjattiva ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti fil-kuntest tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u (ii) hija ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-prinċipji li fuqhom huwa bbażat ir-Regolament Nru 211/2011.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-argument li l-Kummissjoni ma osservatx il-prinċipji ġenerali ta’ amministrazzjoni tajba meta rrifjutat ir-reġistrazzjoni tal-inizjattiva, minkejja li hija rreġistrat proposti ta’ inizjattivi ta’ ċittadini li jfittxu li jiksbu tip simili ta’ għanijiet.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-argument li l-Kummissjoni ma ssodisfatx l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni suffiċjenti u adegwata għad-deċiżjoni kkontestata, bi ksur tal-Artikolu 296 TFUE.


Top